Left arrow Go Back

Il-proġett ta’ pavimentar ta’ l-Imdina kollha daħal fl-aħħar fażi tiegħu

pr0316
Date Icon 02/03/2006

Fadal biss xogħol ta’ pavimentar ta’ l-entratura prinċipali ta’ l-Imdina biex dan il-proġett b’investiment ta’ madwar Lm600,000 f’pavimentar jintemm. Dan il-proġett ta dehra totalment ġdida lill-belt antika ta’ Malta. Minkejja bosta diffikultajiet li telfu l-program ta’ xogħlijiet, dan il-proġett issa jinsab fl-aħħar irtokki tiegħu. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar ix-xogħlijiet ta’ pavimentar li għaddej fuq il-pont ta’ l-Imdina. 

Ix-xogħol ta’ pavimentar nbeda wara li s-servizzi kollha tad-dawl u tad-drenaġġ inbidlu  u ġew mgħoddija taħt l-art. Tneħħew ukoll kilometri ta’ cables ta’ l-elettriku, tal-Maltacom u tal-cable television sabiex dawn illum ġew mgħoddija minn taħt il-pavimentar f’ducts  apposta. Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi ffabrikaw u poġġew 600 manhole covers.

Il-Ministru Zammit qal li b’kollox sar ‘l fuq minn 10,500 metru kwadru ta’ pavimentar li jkopri 18–il triq, tlett sqaqien u seba’ pjazez.  

Skond il-ftehim oriġinali bejn il-Ministeru u l-kumpanija barranija li tissuplixxi l-materjal tal-pavimentar, il-Gven se jkun qed iħallas biss għaċ-ċangatura mpoġġija. Uffiċjali tal-Ministeru assiguraw li din tkun ta’ kwalita għolja u aċċettabli. Ġie skartat madwar 17% tal-materjal ta’ pavimentar impurtat peress li kien ta’ kwalita nferjuri. Dan il-proċess wassal għal nuqqas ta’ provista ta’ materjal. Il-Ministru Zammit saħaq li din il-proċedura qegħda tiggrantixxi li l-materjal impoġġi jkun ta’ livell għoli kif stipulat fil-kuntratt. 

Is-sejba ta’ fdalijiet arkejologiċi fi Pjazza San Pawl waslu sabiex ix-xogħol fil-pjazza waqa’ lura bi tmien ġimgħat, żmien li fih l-esperti wettqu l-istudji tagħhom qabel ix-xogħol ta’ pavimentar seta’ jitkompla.  Dan ix-xoghol sar b’ko-ordinazzjoni mas-supretindent ta’ l-Arkejoloġija bl-iskop li l-fdalijiet misjuba ma ssirilhomx ħsara u jiġu kkonservati. 

Il-Ministru Zammit fakkar li xogħlijiet ta’ pavimentar bħalissa jinsabu għaddejjin ukoll fil-ġnien ta’ Hastings, fil-pjazez ta’ Ħal-Lija, Ħal-Kirkop u Birżebbuġa, fil-Mixtla ta’ Bormla, fil-promenade tax-Xemxija, mal-medda ta’ l-Akwadotti u mal-Bieb ta’ Santa Liena f’Bormla.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow