Left arrow Mur Lura

STANDARD & POORS JIKKONFERMA R-RATING GĦOLI TA' MALTA

pr0313
Date Icon 01/03/2006
Prova tal-politika serja taħt it-tmexxija għaqlija ta’ dan il-Gvern ġietgħal darba oħra murija mill-Aġenzija Internazzjonali Standard & Poors. Standard & Poors ikkonfermat ir-rating ta’ Malta bħala ‘A’ u ‘A-1’ għall-perjodu long-term u short term rispettivament.
Dan ir-riżultat pożittiv huwa għal darba oħra xhieda tal-wegħda li l-Gverngħamel biex irażżan id-dejn pubbliku u jagħmel ir-riformi strutturali meħtieġa  li għandhom iwasslu għal tkabbir ekonomiku akbar.
Dan ir-rapport pożittiv jorbot ma’ dak li diġa’ ħarġetil-Kummissjoni Ewropeja wkoll, fejn stqarret b’mod ċar li pajjiżna miexi f’direzzjoni tajba biex jilħaq il-miri ekonomiċi u finanzjarji tiegħu. Il-Kummissjoni esprimiet din il-fehma hekk kif ippubblikat l-opinjoni tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Konverġenza lejn l-addozzjoni ta’ l-euro mill-Gvern Malti.
Rapporti pożittivi bħal dawn huma mera importanti għall-kumpanijibarranin li jkunu jridu jinvestu f’pajjiżna u b’hekk jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda. Xhieda ta’ dan huwa l-investiment barrani li pajjiżna qed jattira, fost l-oħrajn dak l-aktar riċenti tal-kumpanija Tecom Investments u l-investiment ta' Lm110 miljun fiż-żona industrijali ġewwa Ricasoli.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow