L-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM U L-BANEK JINGĦAQDU MAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO GĦALL-KAMPANJA “GĦID GRAZZI”
pr0311
01/03/2006
| “F’kull attivita` kummerċjali | rridu niftakru li kemm il-konsumatur kif ukoll in-negozjant għandhom bżonn ‘l xulxin, u għalhekk hemm bżonn li nirrispettaw aktar lil xulxin.” – is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo |
| “Wara li issa ilna żmien nosservaw l-imġieba tal-konsumaturi u ta’ | min iservi fin-negozju, rajna li f’ċertu ċirkustanzi l-kummerċ qiegħed jitlef minn dik il-ġenwinita’ li dejjem kellu tul iż-żmien. Hawnhekk jiena qiegħed nirreferi għall-karatteristika fejn min jinqeda u min jaqdi kienu jagħrfu li huma għandhom jirringrazzjaw lil xulxin għas-servizz li jkunu taw lil xulxin.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo qal dan waqt it-tnedija tal-kampanja “Għid Grazzi”. Din il-kampanja qiegħda tittella’ mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar flimkien ma’ l-assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem, fosthom il-GRTU, l-FOI, l-MHRA, l-MEA, u ċ-Chamber of Commerce and Enterprise , kif ukoll mal-BOV u l-HSBC. |
| Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega li huwa ħass li kien | hemm bżonn li jfakkar li meta jkun hemm kwalunkwe attivita` kummerċjali jrid ikun hemm rispett reċiproku. “L-attivita’ kummerċjali sseħħ kull meta jkun hemm min ibiegħ u min jixtri. Kull min qiegħed fin-negozju, jekk irid jiggarantixxi s-suċċess għan-negozju tiegħu, ma’ ħafna deċiżjonijiet oħra li jridu jieħdu żgur li jrid jifhem li għandu jkunu ta’ servizz lejn il-konsumatur. Iżjed ma kull min qiegħed fin-negozju jifhem li għandu jkun ta’ servizz lejn il-konsumatur, iżjed jagħti servizz tajjeb, u iżjed jinġibed lejh il-konsumatur. |
| Waqt l-attivita` ġie mniedi wkoll poster li ġie ppubblikat apposta, bit-titlu | ta’ “Għid Grazzi”. Il-messaġġ ta’ dan il-poster huwa: |
| “Għid Grazzi – | Lil min jaqdik u lil min jiġi jinqeda minn għandek” |
| “Illum donnu qed jidher li f’ċerti każijiet kemm il-konsumatur kif | ukoll min jaqdi ftit li xejn iħossu l-ħtieġa li għandhom jirringrazzjaw lil xulxin għal dik l-attivita’ kummerċjali li tkun seħħet bejn iż-żewġ partijiet. Għalhekk, kien deċiż li ssir kampanja edukattiva biex f’pajjiżna naraw li r-relazzjonijiet kummerċjali jirrispettaw aktar id-dinjita` tal-bniedem. Irridu nifhmu li fis-soċjeta’ tagħna il-kummerċ ifisser servizz u mingħajr dan is-servizz il-ħtiġijiet tal-konsumatur ma jkunux moqdija. Min-naħa l-oħra min qiegħed fin-negozju, jrid jifhem ukoll li l-konsumatur irid ikun irringrazzjat għad-deċiżjoni li jkun ħa meta jkun xtara dak is-servizz jew prodott,” kompla jgħid l-Onor. Vassallo. |
| Kelliema waqt il-business | breakfast kienu l-Onor. Joe Sammut MP, is-Sur Paul Abela, President tal-GRTU; is-Sur George Schembri, CEO ta’ l-MHRA; u s-Sinjura Carmen Delia, Chairperson tal-Kunsill tal-Konsumatur. Dawn il-kelliema ddiskutew aspetti differenti tat-tema, kemm minn aspett ta’ negozju, kif ukoll ta’ catering, id-dinjita` tal-persuna, u minn naħa tal-konsumatur. Huma semmew l-importanza tal-klijenti, tas-servizz u tal-korteżija bażika. Issemmew ukoll id-drittijiet u d-dmirijiet, kemm tal-konsumatur, kif ukoll tan-negozjant, u ma nistgħux ninsew li rridu nirrispettawhom it-tnejn. L-Onor. Vassallo saħaq li hija l-isfida tagħna lkoll li nassiguraw li inkabbru l-moviment tal-flus. Jekk kemm-il darba l-flus jibqgħu jiċċirkolaw f'pajjizna, b'mod naturali l-ekonomija ta’ pajjizna tikber. |
| L-Onor. Vassallo qal ukoll li mhuwiex biss il-konsumatur li għandu jgħid | grazzi, iżda wkoll il-persuna fin-negozju. Huwa qal li “mingħajr is-servizz ta’ sid in-negozju, l-konsumatur ma jkunx moqdi, u mingħjar il-konsumatur ma jkunx hemm kummerċ. Sid in-negozju għandu bżonn il-konsumatur u l-konsumatur għandu bżonn lil sid in-negozju. Qed ikun innotat li għandna konsumaturi li ma għadhomx jaħsbu li għandhom jgħidu ‘Grazzi’ lil min ikun qdihom f’dak in-negozju, kemm jekk ħanut, ristorant jew professjoni oħra. Għandna wkoll sidien ta’ negozji li jħossu li ma għandhomx jgħidu ‘Grazzi’ lil min ikun iddeċieda li jinqeda minn għandhom. Ma nistgħux ninsew li bħala persuni, kemm jekk bħala sidien ta’ negozji, kif ukoll bħala konsumaturi, aħna għandna bżonn lil xulxin. |
| Il-poster qiegħed jiġi mqassam fil-fergħat taż-żewġ banek f’Malta u | Għawdex, fil-fergħat tal-Maltapost, fil-Kunsilli Lokali, ġos-supermarkets, kif ukoll fi ħwienet oħra f’diversi lokalitajiet. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega li “l-għan tas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed huwa li l-messaġġ jinxtered kemm jista’ jkun, biex b’hekk forsi nkunu nistgħu nagħmlu differenza. Il-poster qiegħed jitqassam ukoll f’numru ta’ skejjel primarji li qegħdin naħdmu magħhom fuq edukazzjoni fl-imprenditorija, biex il-messaġġ li qegħdin nipprovaw inwasslu jitnissel fost it-tfal, li mbagħad jgħaddu l-messaġġ lill-ġenituri tagħhom. Aħna ssuġġerejna wkoll li dawn l-iskejjel jippruvaw jagħmlu attivitajiet jew proġetti b’din l-istess tema.” |
| Wara li tkellmu l-kelliema, dawk preżenti kellhom il-possibilita` li jagħtu | l-opinjoni tagħhom u jiddiskutu dan is-suġġett. Hekk kif l-attivita` waslet fl-aħħar, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm billi qal li “bil-ħajja mgħaġġla li sirna ngħixu, donnu qed ninsew li fis-soċjeta’ tagħna neħtieġu lil xulxin. Qed ninsew li għandna ngħidu grazzi lil min jaqdina u lil min ikun ġie jinqeda minn għandna. Hemm bżonn li niftakru fir-rispett reċiproku, u fid-dinjita` tal-persuna f’kull attivita` li nagħmlu, mhux biss f’dik li hija attivita` kummerċjali, iżda jiena żgur li kemm-il darba nifhmu aħjar li għandna napprezzaw lil xulxin u nħossu l-ħtieġa li ngħidu ‘Grazzi’, l-attivita’ kummerċjali tkun azzjoni aħjar u aktar umana milli tkun kemm-il darba nistmaw lil xulxin ta’ magni u mhux iżjed ta’ persuni. Il-kelma ‘Grazzi’ ma tiswiex flus, iżda tagħmel differenza.” |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953