Left arrow Mur Lura

ĠURAMENT TA’ LEALTA` U ĠURAMENT TAL-KARIGA MINN AVUKATI  U PROKURATURI LEGALI ĠODDA

pr0309
Date Icon 01/03/2006

Nhar il-Erbgħa, 8 ta’ Marzu 2006 numru ta’ avukati u prokuraturi legali ġodda ser jieħdu l-ġurament ta’ lealta` u l-ġurament tal-kariga quddiem il-Qorti ta’ l-Appell f’ċerimonja qasira li tibda fil-11.00 a.m. Għall-okkażjoni l-Qorti ta’ l-Appell ser iżżomm is-seduta fl-awla tal-Qorti Kriminali – awla numru 22 – fl-edifizzju tal-Qorti, il-Belt Valletta. 

Kemm il-President tal-Kamra ta’ l-Avukati, il-President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali, kif ukoll is-Sinjurija Tiegħu l-Prim Imħallef jagħmlu diskorsi qosra għall-okkażjoni. 

Membri tal-familja ta’ l-avukati u prokuraturi legali l-ġodda u l-pubbliku in ġenerali jistgħu jattendu. Il-gallerija ta’ l-awla ser tkun riservata għalihom. Ritratti u filmati jistgħu jittieħdu biss minn persuni awtorizzati u minn membri akkreditati ta’ l-istampa u tax-xandir.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow