L-industrija tat-Tjur f’Għawdex
pr0304
28/02/2006
| B’referenza | għall-istqarrija maħruga mid-Deputat Parlamentari ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor Noel Farrugia fejn ikkritika “l-industrija tat-trobbija u l-ipproċessar tat-tjur f’Għawdex”, is-Segretarjat Parlamentari ghall-Biedja u Sajd fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jixtieq jiċċara xi punti. |
| L-Onor. Farrugia konvenjentement ma semmiex li għall-ewwel | darba f’Għawdex, hemm impjant approvat li hu ta’ l-aqwa iġjene u skond in-normi ta’ l-Unjoni Ewropea. Lanqas ma semma li issa li l-produtturi u l-proċessuri jrid ikollhom ċertu livelli ta’ iġjene u standards Ewropej, kien hemm processuri li ma riedux jinvestu u allura dawn ippreferew li jgħalqu u ma jkomplux bil-mistier tagħhom. |
| Ta’ min ifakkar li bis-saħħa tan-normi ta’ | l-aqwa iġjene mhaddma fl-Unjoni Ewropea, igawdi l-konsumatur Malti u Għawdxi. |
| Wieħed jiskanta kif l-Onor. Noel Farrugia qatt ma | jsemmi l-food safety u l-iġjene li qed jibbenefika minnha l-konsumatur Malti u Għawdxi. Żgur li l-kelliemi ta’ l-Oppożizzjoni ma jridx li jkollna mpjanti nferjuri li allura jwasslu ghal inqas igjene! |
| Għandu jingħad ukoll li | ftit tal-ġimgħat ilu, l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent nieda skema ġdida ta’ għajnuna għas-settur tat-tjur. |
| Tajjeb li wieħed ifakkar | ukoll li, fil-qafas ta’ dak li ġie negozjat ma’ l-Unjoni Ewropea, u fl-isfond ta’ dak li għaddej minnu s-settur tat-tjur, il-Gvern fassal skema ta’ għajnuna għall-produtturi u l-proċessuri li joperaw f’dan is-settur. L-allokazzjoni ta’ fondi f’din l-iskema se tlaħħaq it-tlett kwarti ta’ miljun lira (Lm750,000). Din l-iskema ta’ għajnuna tinkorpora fiha l-flus allokati bħala ħlas ta’ sussidju lill-produtturi u lill-proċessuri għal din is-sena, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ fondi għar-ristrutturar tas-settur għal din is-sena. |
| Barra | minn hekk din l-iskema se tinkludi wkoll fiha l-allokazzjoni ta’ fondi għar-ristrutturar li kien hemm għas-snin 2004 u 2005, u li baqgħu ma tħallsux minħabba li ma kienux intlaħqu l-kriterji meħtieġa. |
| Biex ikun żgurat li din l-iskema | tilħaq l-għanijiet ewlenin li għalihom tfasslet, se jkun hemm kundizzjoni li biex wieħed ikun eliġibbli għall-għajnuna, irid ikun hemm żieda fil-produzzjoni ta’ laħam tat-tiġieġ ta’ 20% matul din is-sena. Kundizzjoni oħra li qed issir fuq parti minn din l-għajnuna hija, li parti mill-fondi jridu jintefqu fuq il-promozzjoni tal-laħam tat-tiġieġ lokali. |
| Dan ifisser li jekk il-proċessuri | kollha jirnexxielhom jgħollu l-produzzjoni b’20%, hu kkalkulat li n-numru ta’ tiġieġ maqtula għal din is-sena jitla’ għal aktar minn 3.4 miljuni, minn 2.8 miljuni s-sena l-oħra. Il-Gvern hu fiduċjuż li jekk kollox jimxi kif mistenni, din il-mira tista’ tintlaħaq. |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953