IMĦABBRA ESTENSJONI TAS-SERVIZZ TA’ TRASPORT PUBBLIKU TA’ EMERĠENZA
pr0303
28/02/2006
| Il-Gvern | iħabbar li b’seħħ minn għada, is-servizz ta’ trasport pubbliku ta’ emerġenza, li qed jitħaddem waqt l-istrajk ġenerali ndefinit mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, qed jiġi estiż skond il-lista annessa ma’ din l-istqarrija. F’dan il-każ ukoll, il-pubbliku li juża dan is-servizz ser jitħalla’ anke jinżel minn fuq il-vetturi pprovduti fil-postijiet fejn jixtieq minn fejn jgħaddu dawn ir-rotot. Dan is-servizz ukoll ser ikun qed jitħaddem mingħajr ħlas. |
| Ma’ | dawn ir-rotot ġodda ser jibda’ jitħaddem servizz bil-baħar bejn il-Belt Valletta u x-xatt tal-Birgu, skond kif jidher fl-istess lista. |
| L-użu | tal-bus lanes ser jibqa’ miftuħ għall-vetturi kollha. |
| Il-Gvern | jappella biex is-servizz ta’ emerġenza jintuża biss f’każijiet strettament neċessarji, filwaqt li l-pubbliku li jagħmel użu minn vetturi privati huwa imħeġġeġ biex iħaddem il-kunċett ta’ car pooling u fejn jista’ jġorr passiġġieri li jkunu qed jistennew fuq il-bus stops. |
| Il-pubbliku | huwa mħeġġeġ biex ikompli isegwi mill-qrib l-avviżi li jistgħu jingħataw fil-ġranet li ġejjin, peress li mistenni jitħabbru tibdiliet jew żidiet oħra ma’ dan is-servizz ta’ emerġenza. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953