Left arrow Mur Lura

TAL-LINJA JIKSRU L-KUNTRATT TAT-TRASPORT TA' L-ISKEJJEL

pr0302
Date Icon 28/02/2006
Il-genituri huma mitluba jaghmlu l-ahjar arrangamenti possibbli biexjassiguraw li uliedhom jattendu l-iskola. Id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni tavza li l-iskejjel tal-Gvern ser ikunu miftuha bhas-soltu.
Illum id-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni giet informatamill-President ta' l-Assocjazzjoni Trasport Pubbliku (ATP) li s-servizz ta' trasport tat-tfal ta' l-iskejjel, li skond il-kuntratt, l-Assocjazzjoni hi marbuta li tipprovdi, mhux ser jigi provdut ghada l-Erbgha, 1 ta' Marzu, 2006.
Min-naha l-ohra, is-servizz ta' trasport ta' tfal ta' l-iskejjel, libil-kuntratt huma marbutin li jipprovdi l-Unscheduled Bus Service u l-Kooperattiva tal-Minibuses (Coop Services Ltd), ser jigi provdut b'mod normali, ghaliex dawn il-kuntratturi mhumiex involuti fil-kwistjoni prezenti bejn l-ATP u l-Gvern.
Il-Ministeru u d-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni l-bierah insistew ma'l-ATP li, peress li ma tezisti l-ebda kwistjoni maghhom dwar it-trasport tat-tfal ta' l-iskejjel, l-ATP hi marbuta bil-kuntratt li tipprovdi s-servizz shih, indipendentement mill-azzjonijiet li qed tiehu, minhabba l-kwistjoni li ghandha mal-Gvern dwar is-servizz tal-karrozzi tal-linja. L-ATP illum infurmat lid-Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni "li jekk ma jintlahaqx ftehim sa nhar it-Tlieta 28 ta' Frar filghaxija, il-garr tat-tfal ta' l-iskejjel mhux ser isir mill-Assocjazzjoni."
Il-Ministeru u d-Divizjoni ser jiehdu l-passi kollha li taghtihomil-ligi biex izommu l-ATP responsabbli ghall-ksur tal-kuntratt li gie firmat fit-12 ta' Ottubru, 2005. B'dan il-kuntratt, li jkopri l-perjodu 2005 sal-2010, l-ATP intrabtet li tkun responsabbli esklussivament, li tipprovdi s-sehem taghha ta' vjeggi fit-trasport tat-tfal ta' l-iskejjel ta' l-Istat.
Klawsola 12 tal-Kuntratt tispecifika li : "F'kaz ta' theddida ta'sospensjoni tas-servizz tat-trasport ta' l-istudenti, tkun xi tkun ir-raguni, il-kuntrattur (ATP) ghandu jaghti avviz dwar dan lid-Direttur mill-anqas ghaxart ijiem bil-quddiem. Fin-nuqqas ta' dan l-avviz, kull sospensjoni tas-servizz tat-trasport titqies bhala ksur ta' dan il-ftehim u tithallas penali mill-kuntrattur lid-Direttur, li tkun id-doppju tat-tariffa stabbilita ghal kull rotta li ma ssirx."
L-ATP qed tikser il-kuntratt: " l-ewwel ghaliex m'hemm l-ebdakwistjoni bejnha u l-awtoritajiet edukattivi, u " t-tieni ghaliex qed twaqqaf is-servizz minghajr l-avviz miftiehem fil-kuntratt. Il-penali li tehel l-ATP ghal dan il-ksur tammonta kwazi Lm7,000 f'kull gurnata ta' skola.
L-ATP ma tistax iggib l-argument taz-zieda fil-prezz tad-diesel,ghaliex il-kuntratt diga` jipprovdi ghal zieda fit-tariffi tal-vjeggi meta dan isehh. Infatti l-kuntratt jahseb kif jigu riveduti t-tariffi kull sena, skond formola li tinhadem fuq iz-zieda fil-Paga Minima Nazzjonali, z-zieda fil-prezz tad-diesel, u l-livell tar-Retail Price Index. F'dan is-sens, il-kuntratt qed jigi osservat bis-shih mill-awtoritajiet edukattivi.
Fid-dawl ta' din l-azzjoni llegali bi ksur tal-kuntratt, l-awtoritajietedukattivi ser jiehdu l-passi kollha bil-ligi kontra l-ATP.
Sadanitant, il-genituri huma mitluba jaghmlu l-ahjar arrangamentipossibbli biex jassiguraw li uliedhom jattendu l-iskola. Id-Divizjoni tavza li l-iskejjel tal-Gvern ser ikunu miftuha bhas-soltu.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow