Left arrow Go Back

Xogħol avvanzat ta’ tisbiħ fil-ġnien ta’ Hastings minn ħaddiema tal-Gvern

pr0294
Date Icon 28/02/2006

Huwa avvanzat ħafna l-proġett ta’ tisbiħ ta’ l-ikbar ġnien fil-Belt Valletta, il-ġnien ta’ Hastings. Bħal fi kważi kull proġett li jwettaq il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, ix-xogħol kollu qed isir mill-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fejn dan ikun possibbli. Din hija r-raġuni prinċipali għaliex dan il-Ministeru qed jirnexxielu jwettaq numru ikbar minn qatt qabel ta’ proġetti ta’ tisbiħ u restawr madwar Malta kollha.  

Meta żar ix-xogħol li għaddej fil-Belt Kapitali, il-Ministru Ninu Zammit qal li fl-aħħar sentejn u nofs twettqu numru rekord ta’ proġetti mill-ħaddiema tal-Gvern. Dan bl-inqas spiża possibbli u b’immaniġġjar effettiv tar-riżorsi umani li jiddisponi minnhom dan il-Ministeru. Fix-xhur u snin li ġejjin dan ir-ritmu se jkompli. Il-Ministru Ninu Zammit stqarr li diġa’ tħejjew diversi pjanti u disinji ta’ proġetti ta’ tisbiħ mferxin f’diversi lokalitajiet. 

Il-proġett vast li qed se jagħti dehra ġdida lill-ġnien ta’ Hastings qed isir b’investiment ta’ iktar minn Lm220,000. Ix-xogħol huwa ppjanat li jintemm għal nofs is-sena. Diġa’ tlesta l-bini tal-ħajt mad-dawra kollha tal-ġnien kif ukoll bankina tal-franka taħt l-istess ħajt. Dan il-ġnien kien ilu mitluq għal numru kbir ta’ snin. Bis-saħħa ta’ dan il-proġett, din iż-żona tal-Belt se tkompli tingħata l-ħajja. 

Bħalma twettaq fil-proġett tal-Barrakka ta’ Fuq, fil-promenade tax-Xgħajra, f’Paceville u f’diversi ġonna oħra, ħaddiema fi ħdan id-Diviżjoni għal Manifattura u Servizzi qegħdin jaħdmu fuq garden furniture bħal bankijiet u dustbins li se jkompli jagħtu dehra isbaħ lil dan il-ġnien. It-Taqsima tar-Restawr fi ħdan l-istess Ministeru, wettqet xogħol ta’ restawr fuq is-swar li jdawru l-ġnien. 

Sabiex jikkumplimenta dan kollu, wasal biex jitlesta l-bini mill-ġdid ta’ gardjola li tneħħiet fis-snin tmenin minħabba li kien hemm il-periklu li din taqa’. Il-proġett jaħseb ukoll għal installazzjoni ta’ floor lights għal skop arkitettoniku, uplighters sabiex jinxtgħelu s-siġar minn taħt u arbli tad-dawl dekorattivi fejn jixraq. 

Matul il-kors tax-xogħlijiet, nstabet ġibja ta’ 36 pied wisa’ u 38 pied għoli, li issa tnaddfet u se tintuża għat-tisqija tas-siġar. Għal dan il-għan qed tkun installata drip irrigation system mal-ġnien kollu. L-area ta’ dan il-ġnien taqbeż is-6,000 metru kwadru li minnhom madwar 5,000 metru kwadru jikkonsistu f’passaġġi u pjazez. Il-ġnien għandu tul ta’ 325 metru. 

Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li bħalissa l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għaddej b’xogħol fuq diversi proġetti infrastruttutali fosthom il-bini ta’ Belveder fuq Wied Babu u t-transformazzjoni tal-Mixtla ta’ Bormla f’park rikreattiv. Flimkien ma’ dawn għaddej xogħol b’ritmu tajjeb fuq tlett pjazez prinċipali, dawk ta’ Ħal Lija,  Ħal Kirkop u Birżebbuġa. Dawn il-proġetti kollha se jintemmu sa l-aħħar tas-sena. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow