JIBDA JITĦADDEM SERVIZZ TA’ TRASPORT PUBBLIKU TA’ EMERĠENZA
pr0293
27/02/2006
| B’referenza | għall-istqarrija maħruġa aktar kmieni llum, il-Gvern javża li minn għada ser jibda’ jitħaddem servizz ta’ trasport pubbliku ta’ emerġenza lejn l-isptar San Luqa. Is-servizz ser ikun magħmul minn seba’ rotot li ser jgħaddu mil-lokalitajiet imsemmija fil-lista annessa. Il-pubbliku li juża dan is-servizz ser jitħalla’ anke jinżel minn fuq il-vetturi pprovduti fil-postijiet fejn jixtieq minn fejn jgħaddu dawn ir-rotot. Dan is-servizz ser ikun qed jitħaddem mingħajr ħlas. |
| Minn | għada wkoll l-użu tal-bus lanes ser jinfetaħ għall-vetturi kollha. |
| Il-Gvern | jappella biex is-servizz ta’ emerġenza jintuża biss f’każijiet strettament neċessarji, filwaqt li l-pubbliku li jagħmel użu minn vetturi privati huwa imħeġġeġ biex iħaddem il-kunċett ta’ car pooling u fejn jista’ jġorr passiġġieri li jkunu qed jistennew fuq il-bus stops. |
| Filwaqt | li l-Gvern huwa impenjat li jipprovdi lill-pubbliku b’servizz ta’ emerġenza hekk kif it-trasport pubbliku ser ikun wieqaf, qiegħed jappella wkoll lill-pubbliku biex isegwi mill-qrib l-avviżi li jistgħu jingħataw fil-ġranet li ġejjin dwar żidiet ma’ dan is-servizz ta’ emerġenza. |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953