Left arrow Go Back

L-ASSOĊJAZZJONI TAT-TRASPORT PUBBLIKU SSEJJAĦ STRAJK ĠENERALI MINGĦAJR ĠUSTIFIKAZZJONI XIERQA

pr0291
Date Icon 27/02/2006

Illum, is-27 ta’ Frar 2006, l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta u l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq irċevew ittra mill-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku, li topera s-servizz ta’ trasport pubbliku bi skeda, li fiha l-Assoċjazzjoni tat avviż ta’ strajk ġenerali b’seħħ minn għada it-Tlieta, 28 ta’ Frar.  

Din l-azzjoni industrijali qed tissejjaħ minħabba li skond l-Assoċjazzjoni, is-sussidju għas-sena 2005 għandu jkun Lm50,000 iżjed milli qed joffri l-Gvern. 

Il-Gvern jinsisti li s-sussidju totali dovut għall-operat tas-servizz bi skeda għas-sena 2005 għandu jkun ta’ Lm1.25 miljuni, ikkomparat mat-talba tal-Assoċjazzjoni ta’ Lm1.3 miljuni. 

Is-sussidju ta’ Lm1.25 miljuni li qed joffri l-Gvern huwa bbażat fuq id-differenza bejn id-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-biljetti (Lm 6.59 miljuni) u l-ispiża ta’ l-operat tas-servizz (Lm15,430 għal kull karozza tal-linja). Dan ifisser li kull xarabank ser jaqla’ Lm15,430 fis-sena 2005, imqabbel ma’ Lm13,800 għas-sena 2004, jiġifieri żieda ta’ Lm1,630 li huwa aktar minn biżżejjed biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-prezz tad-diesel u l-għoli tal-ħajja.  

Skond l-istess Assoċjazzjoni, ir-raġuni għal din l-azzjoni ndustrijali hija li l-Gvern naqas milli jonora l-ultimatum mogħti minnha stess, biex iħallas il-bqija tas-sussidju ta’ Lm200,000 - jiġifieri d-differenza bejn il-Lm1.3 miljuni mitluba mill-Assoċazzjoni u l-Lm1.1 miljuni mħallsin mill-Gvern s’issa. 

Il-Gvern kien ippropona li jitħallsu Lm100,000 lill-Assoċjazzjoni immedjatament u l-bilanċ li jirriżulta, jitħallas sal-15 ta’ Marzu wara li jsiru diskussjonijiet bejn iż-żewġ partijiet.  

Meta tqis li l-ammont kontestat huwa ta’ Lm50,000 (Lm 98 għal kull xarabank), il-Gvern isostni li l-azzjoni industrijali mħabbra dal-għodu hija sproporzjonata u għaldaqstant, tqajjem dubji serji dwar jekk hemmx intenzjonijiet ulterjuri warajha.  

Hija sfortuna li din il-kwistjoni qiegħda ttellef il-progress fl-implimentazzjoni tar-riforma fit-trasport pubbliku bi skeda, li l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku kienet intrabtet magħha meta ffirmat il-ftehim ta’ l-4 t’Ottubru 2004. 

Fis-siegħat li ġejjin il-Gvern ser iħabbar l-arranġamenti għas-servizz ta’ emerġenza li ser jiġi pprovdut waqt l-istrajk ġenerali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow