Left arrow Mur Lura

Il-proposta għall-iżvilupp ta’ golf course fix-Xagħra l-Ħamra

pr0286
Date Icon 24/02/2006
Il-Ministeru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent itenni li bħalissa għaddejjin l-istudji tekniċi propju bl-iskop li jkun minimizzat l-impatt kemm jista’ jkun fuq is-sit li ntgħażel mill-MEPA biex fuqu ssir il-golf course.
B’riferenza għall-istqarrijamill-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni dwar l-ambjent, irid ikun riaffermat li d-dikjarazzjoni tal-Ministru Pullicino fi programm televiżiv kienet biss konferma tal-fatt li l-Gvern qed jagħmel l-istudji kollha meħtieġa u dan skond dak li hu stipulat fir-regolamenti.
Għal darb’oħra l-Kelliemata’ l-Oppożizzjoni jonqsu milli jgħidu li s-sit li kien identifikat mill-MEPA għat-twaqqif ta’ golf course hu differenti mis-sit li kien indikat oriġinarjament mill-Gvern għall-kunsiderazzjoni tal-MEPA.  Dan jikkonferma kemm il-Gvern irid li dan l-iżvilupp isir fir-rispett tar-regolamenti, kif ukoll li mhuwiex minnu li l-Gvern impona xi deċiżjoni fuq il-MEPA.
Dan jikkontrasta bis-sħiħma’ dak li seħħ fi żmien il-Gvern immexxi mill-Partit  Laburista ta’ l-1996 meta l-Onor. Alfred Sant qabad u għażel hu s-sit biex fuqu ssir golf course f’Malta, filwaqt li llum il-Gvern jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq studji tekniċi li jkunu saru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow