Sejħa għal dawk in-negozjanti li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett ta’ riċerka
pr0285
24/02/2006
| “Permezz ta' dan il-Proġett ser | inkunu qed nassiguraw li negozji żgħar jiġu mogħtija għajnuna sabiex itejjbu l-kapaċitajiet tagħhom. Proġett ieħor imniedi mill-Gvern għal qabża fil-kwalità”. Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet dwar il-proġett ‘For-Link’. Dan il-proġett qiegħed jinħadem mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, liema Proġett ser ikun qiegħed jiffinanzja t-taħriġ ta' negozjanti Maltin u l-impjegati tagħhom sabiex jitħarrġu fuq riċerka u metodi ġodda ta' produzzjoni f'kumpaniji oħra barra minn Malta. |
| L-Onor. Vassallo kompla | jgħid li “hija l-intenzjoni ta' dan is-Segretarjat li jaħdem dan il-programm fil-qrib mas-sidien tal-Mosta Technopark, li kull ma jmur qegħdin jirreġistraw aktar suċċess fil-qasam tagħhom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni tmur lil hinn minn sempliċi riċerka fuq prodotti ġodda. Negozju jista’ jkun innovattiv kemm il-darba jagħraf jadatta għall-esiġenzi tal-ġurnata. Il-kummerċ qiegħed kull ma jmur jinbidel u miegħu jinbidlu wkoll il-prattiċi kollha tax-xogħol. Għaldaqstant, sabiex nibqgħu kompettitivi, irridu nassiguraw li n-negozji tagħna jkomplu jaġġornaw ruħhom maż-żminijiet. Il-Gvern qiegħed joffri l-għajnuna kollha tiegħu sabiex dan iseħħ.” |
| L-MCST qegħda tniedi dan il-proġett | bil-għan li jiġu identifikati nuqqasijiet fis-sistemi ta’ innovazzjoni. Dawn jinkludu nuqqas ta’ koordinament fil-politika ta’ l-innovazzjoni, il-bżonn li nsaħħu l-miżuri ta’ l-innovazzjoni, kif ukoll li ntejjbu l-ħiliet kemm tas-settur privat kif ukoll pubbliku, fil-politika u t-tmexxija ta’ l-innovazzjoni. Fost l-objettivi ta’ dan il-programm hemm il-promozzjoni ta’ riċerka u żvilupp, kif ukoll l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ l-innovazzjoni bħala għajnuna għan-negozji ż-żgħar, biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Taħriġ għal dan il-għan ser isir kemm f’Malta, kif ukoll f’pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropea. |
| Is-Segretarju Parlamentari Edwin | Vassallo semma wkoll li f'dan il-proġett ser ikun hemm ukoll taħriġ għal nies fis-settur pubbliku sabiex anke is-settur pubbliku ikun innovattiv u jagħraf jirrispondi aħjar għal-ħtiġijiet tan-negozju. Ser tiġi finanzjata ukoll il-faċilita’ ta’ e-learning sabiex tagħlim dwar riċerka u innovazzjoni tkun provduta ukoll permezz l-internet. |
| Is-Segretarju Parlamentari Vassallo | spjega wkoll kif ser jitħaddem dan il-proġett, u kif ser jiġu msaħħa l-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni permezz ta’: |
§ Taħriġ għal trainers u managers ta’ programmi ta’ riċerka fil-management ta’ l-innovazzjoni.
§ Taħriġ għal individwi li jixtiequ ħiliet ġodda biex ifasslu kapaċitajiet interni ta’ riċerka kemm f’negozji żgħar kif ukoll f’entitajiet pubbliċi.
§ Taħriġ fir-riċerka u l-innovazzjoni permezz tal-kompjuter għal dawk il-persuni li ma jistgħux joħorġu jew li għandhom xi diżabbilita`.
| “B’hekk, wieħed jista’ jara li dan | il-proġett qiegħed joffri bosta opportunitajiet għal dawk in-negozji żgħar li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta’ riċerka u innovazzjoni biex ikunu jistgħu jtejjbu n-negozju tagħhom. Ir-riċerka u l-innovazzjoni m’humiex għodda esklussiva għal negozji kbar, jew għal setturi partikolari bħalma huma l-informazzjoni tat-teknoloġija u oħrajn. Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma għodda importanti għal dawk kollha li jixtiequ li jimxu ‘l quddiem biex ikomplu jtejjbu x-xogħol siewi li qegħdin jagħmlu.” |
| “Għal din ir-raġuni, kemm l-MCST, kif | ukoll is-Segretarjat tiegħi, nixtiequ nħeġġu dawk in-negozji żgħar kollha li jixtiequ jagħmlu użu aħjar mir-riċerka u t-teknoloġija biex jieħdu l-opportunita` u japplikaw biex jipparteċipaw f’dan il-proġett, li huwa ffinanzjat kollu kemm hu mill-Unjoni Ewropea. L-Opportunitajiet tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea huma kbar, iżda issa jiġi minna li nassiguraw li nagħmlu l-aħjar użu minn dawn l-opportunitajiet.” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. |
| Wara l-konferenza ta’ l-aħbarijiet, | l-Onor Vassallo żar numru ta’ kumpaniji fil-Mosta Technopark. Fosthom kien hemm il-kumpanija Cheops, li hija kumpanija bbażata fuq l-informazzjoni tat-teknoloġija li tipproduċi components elettroniċi u circuits tal-komputer kemm għal Malta, kif ukoll għal barra. Din il-kumpanija hija storja ta’ suċċess, fejn kumpanija żgħira kibret f’nichemarkets ġodda. Bħalissa l-kumpanija timpjega 34 persuna, u qiegħda tesporta lejn swieq ġodda. Meta tkellem fuq din il-kumpanija, l-Onor. Vassallo qal li “dan huwa każ tipiku ta' kumpanija żgħira li qiegħda tikber u dejjem tirreġistra progress. Hi kabbret in-numru ta' impjegati tagħha, qed tidħol fi swieq ġodda barra minn Malta u tkabbar il-bejgħ tagħha.” |
| Is-Segretarju Parlamentari saħaq li | “l-Mosta Technopark dejjem kienet iċ-ċentru tal-kumpaniji innovattivi f'Malta. Dan il-park għadu qed jiġi miżmum fl-għola livelli ta' kwalita’ possibili, u għandu jkun ta’ eżempju għal żoni industrijali u kumpaniji oħra, partikolarment fl-użu tar-riċerka u l-innovazzjoni.” |
Other Press Releases:
PR261953en
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...
PR261953