Left arrow Go Back

L-ENGINEERED LANDFILL TA’ L-GĦALLIS HIJA L-AQWA KONFERMA LI MHUX MINNU LI L-GVERN IRID JIEĦU L-ISKART KOLLU TA’ MALTA U GĦAWDEX FL-IMPJANT TA’ SANT’ANTNIN

pr0275
Date Icon 23/02/2006

Il-bord tal-MEPA dalgħodu approva unanimament il-ħruġ tal-permess PA4834/04 li jirrigwarda l-iżvilupp ta’ faċilita’ ta’ engineered landfill fl-inħawi ta’ l-Għallis.  Dan qed isir b’investiment ta’ Lm3.5 miljuni mill-Gvern Malti u se jwassal biex pajjiżna jkompli jtejjeb il-faċilitajiet eżistenti għall-immaniġġjar ta’ l-iskart. 

Ta’ min ifakkar li wara li ngħalqu l-miżbliet f’April ta’ l-2004, il-WasteServ, f’isem il-Gvern, żviluppat il-faċilita’ temporanja f’Ta’ Żwejra li għandha numru ta’ saffi ta’ protezzjoni u għandha wkoll il-faċilita’ li tirkupra gassijiet mill-iskart li eventwalment jintużaw għall-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku.  L-engineered landfill li se ssir fl-Għallis se tuża din l-istess teknoloġija. 

L-iżvilupp ta’ l-engineered landfill hija wkoll l-aqwa konferma ta’ kemm il-Gvern qatt ma kellu l-ħsieb li jieħu l-iskart kollu ta’ Malta u Għawdex fl-impjant ta’ Sant’Antnin.  Il-fatt li l-Gvern jinsab għaddej bit-twaqqif ta’ faċilitajiet ġodda għall-immaniġġjar ta’ l-iskart ixejjen għal kollox il-miżinformazzjoni li issa ilha għaddejja x-xhur li l-Gvern irid li l-impjant ta’ Sant’Antnin jittratta l-iskart kollu ġġenerat f’Malta u Għawdex. 

Dan l-iżvilupp  jagħti risposta lil min ipprova jieħu vantaġġ politiku billi għal xhur sħaħ xerred qlajjiet li ma kellhom ebda bażi ta’ verita’.  Dan wassal biex settur tant sensittiv bħalma hu l-immaniġġjar ta’ l-iskart spiċċa ballun politiku li ntuża għall-iskopijiet partiġġjani ta’ xi wħud. 

Il-Gvern għal darb’oħra jappella għal rieda tajba mill-partijiet kollha kkonċernati biex tabilħaqq naslu f’sitwazzjoni fejn il-pajjiż ikollu faċilitajiet moderni u adekwati biex nassiguraw futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow