Left arrow Go Back

L-OSCE TILQA’ PROPOSTA TAL-KAP TAD-DELEGAZZJONI PARLAMENTARI  MALTIJA

pr0274
Date Icon 23/02/2006

L-Onor Jason Azzopardi, Kap tad-Delegazzjoni Parlamentari għall-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, li bħalissa qed jattendi l-laqgħa ta’ l-istess organizzazzjoni fi Vjenna, waqt laqgħa ta’ l-iStanding Committee fakkar li Malta minn dejjem insistiet li l-Mediterran ikun fuq quddiem nett ta’ l-aġenda ta’ l-Organizzazzjoni għas-Sigurta’ u Kooperazzjoni fl-Ewropa.   

Waqt diskussjoni li ffukat fuq l-emendi għall-Istatut ta’ l-Assemblea Parlamentari ta’ l-istess organizzazzjoni, hu ssuġġerixxa li fl-Istatut ikun hemm riferenza għall-Forum tal-Mediterran b’mod speċifiku u li jkun hemm ukoll riferenza għal partner countries, ċioe’, il-pajjiżi ta’ l-Afrika ta’ fuq. 

Numru ta’ pajjizi, fosthom l-Italja, Franza, il-Greċja u r-Renju Unit, qablu mas-suggeriment propost mill-Onor Jason Azzopardi u sussegwentement, il-proposta giet milqugha mill-kumitat.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow