Left arrow Go Back

L-isports jagħmel liż-żgħażagħ aktar f’saħħithom

pr0267
Date Icon 22/02/2006

Tnax-il sena ilu, fit-23 ta’ Novembru 1993,  kien ġie inawgurat in-Nursery ta’ San Ġwann. Issa fil-ground ta’ dan in-nursery, qed jiġu nstallati wiċċ ta’  turf sintetiku, sistema ta’ floodlighting tal-pitch kif ukoll wire fence mad-dawra kollha tal-ground.  Ix-xogħol beda ħames ġimgħat ilu u mistenni jitlesta fi żmien erba’ ġimgħat oħra.  

B’kollox il-proġett mistenni li jieħu disa’ ġimgħat minħabba estensjoni li kellha ssir biex l-area tal-wiċċ (surface area)  tikber għal 4,500 metru kwadru. L-użu tal-ground issa se jinqasam f’erba pitches full size għal five-a-side li jistgħu jiġu wżati wkoll f’żewġ pitches seven-a-side jew pitch wieħed nine-a-side. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech żar il-ground fejn kien spjegat lilu x-xogħol li qed isir, proġett li hu stmat li jiswa madwar Lm130,000. 

Il-Ministru Zammit Dimech, filwaqt li feraħ lill-kumitat li jmexxi dan in-nursery, awguralhom li permezz tal-ħidma tagħhom ikomplu jattiraw lejn dan in-nursery aktar żgħażagħ, għaliex l-isports jagħmel iż-żgħażagħ tagħna aktar f’saħħithom u jbiegħdhom  mill-vizzji. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvern iħares lejn l-isports bħala mezz ta’ edukazzjoni u kien għalhekk li fl-aħħar snin bena żewġ padiljuni ta’ l-isports f’Għawdex u l-Kottonera, qed jibni ieħor fil-Karwija u qed ikun ippjanat padiljun ieħor. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern kien igħin lill-għaqdiet sportivi b’diversi mezzi, fosthom li jgħaddilhom artijiet u bini minn fejn ikunu jistgħu jiżviluppaw id-dixxiplini sportivi tagħhom. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-isports kien ukoll attrazzjoni turistika tant li wieħed mis-segments fil-qasam turistiku kien dak tat-turiżmu sportiv li s-sena li għaddiet attira lejn pajjiżna mat-86,000 turist, li 54,000 minnhom ġew pajjiżna għall-għadds (diving). “Issa li s-settur turistiku hu mibni fuq segments, fejn l-isports hu wieħed minnhom, it-turiżmu sportiv għandu segment leader u vot għall-marketing flimkien ma’ pubbliċità. Hemm ukoll miri li jridu jintlaħqu biex hekk is-settur turistiku jkompli jmur ’l quddiem,” qal il-Ministru Zammit Dimech li saħaq iżda, li l-ħidma kollha fil-qasam sportiv qed titwettaq l-ewwel u qabel kollox biex iż-żgħażagħ Maltin ikollhom fejn iqattgħu l-ħin liberu tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE Performance Audit: Verifying In...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA  Performance Audit: Verifying Income Tax Returns

PR261953

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Performance Audit: Verifyi...

More Press Releases Right arrow