IL-GVERN QED JINDIRIZZA D-DEFICIT TAL-PAJJIZ B’IMPENN SOD U CAR
Risposta mis-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru tal-Finanzi, Onor. Tonio Fenech b’riferenza ghall-Istqarrija ghall-Stampa mahruga mid-Deputat Mexxej Laburista u Kelliem Ewlieni ghall-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomici l-Onor Charles Mangion.
Il-Ministeru tal-Finanzi jixtieq jesprimi s-sodisfazzjon tieghu li fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena, id-dhul u n-nefqa tal-Gvern huma konsistenti mal-previzjonijiet tal-Gvern u l-Estimi mhabbra fil-Budget.
Kuntrarju ghal dak li qal l-Onor Charles Mangion, il-Gvern mhux biss qieghed jaghmel l-isforzi kollha tieghu biex ikompli jikkontrolla n-nefqa pubblika u jassigura li jintlahqu l-miri mhabbra fil-Budget li ghadda, izda li jaghmel dan minghajr ma jinjora r-responsabbiltajiet ekonomici u socjali ta’ pajjizna.
Tajjeb wiehed jiccara li skond il-Budget ghal din is-sena, waqt li d-dhul hu mistenni li jkun ta’ Lm 103 miljun aktar minn dak tas-sena li ghaddiet, l-ispiza rikorrenti tal-Gvern kellha titla’ minn Lm 741 miljun ghal Lm 811 miljun, jigifieri Lm 70 miljun aktar. Dan kellu jfisser li wara li wiehed inaqqas in-nefqa kapitali l-Gvern kellu jnizzel id-deficit minn Lm 107 miljun fl-2003 ghal Lm 94 miljun.
Fl-ewwel hames xhur tas-sena li ghaddiet (2003) il-Gvern kien nefaq 42% min-nefqa rikorrenti tieghu ghas-sena shiha. Fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena l-Gvern nefaq biss 40%, jigifieri 2% anqas. Dan ifisser li kieku l-Gvern baqa’ ghaddej bl-istess ritmu ta’ nfiq bhal dak tas-sena li ghaddiet, in-nefqa fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena kienet tkun ta’ Lm 12-il miljun aktar.
Waqt li l-Oppozzizjoni tiskandalizza ruhha li n-nefqa tal-Gvern fl-ewwel hames xhur ta’ din is-sena hi aktar minn dik tas-sena li ghaddiet fl-istess perjodu, tikkritika lill-Gvern li qed jiehu mizuri biex jikontrolla l-ispiza tieghu u tikkwota cifri inkorretti dwar tnaqqis li qed isir kif ukoll figuri li s-sorsi taghhom huma dubjuzi.
It-tnaqqis li qed jigi prevvist ghal din is-sena, kuntrarju ghall-figuri li kkwota l-Onor Mangion, huma Lm 1.7 miljun mill-entitajiet tal-Gvern, Lm 2 miljun mill-interessi fuq is-self u Lm 3 miljuni minn spejjez rikorrenti ohra.
Il-kontroll fuq l-ispiza tal-Gvern mhux ezercizzju ta’ darba, izda huwa ezercizzju kontinwu u dinamiku. Il-mira principali ta’ dan l-ezercizzju hi li t-tnaqqis li jsir fl-ispiza tal-Gvern ma jsirx mill-inizzjativi socjali jew produttivi izda minn spejjez li wiehed jista’ jaghmel tfaddil minnhom.
Dan mhux facli meta wiehed jikkonsidra li l-akbar parti minn nefqa tal-Gvern tmur f’salarji u pagi, servizzi socjali, is-sahha u l-edukazzjoni. Minn naha l-ohra zgur wiehed jista’ jikkontempla frankar f’dawn is-setturi minghajr ma tonqos il-kwalita’ tas-servizzi moghtija billi jsir kontroll ahjar tar-rizorsi disponibbli.
Il-Gvern ipprezenta fil-Parlament in-nefqa supplimentari tieghu fl-isfond tat-tfaddil li l-Gvern qed jirnexxilu jaghmel fuq in-nefqa tieghu. Il-fondi mfaddla ghaldaqstant qed jigu wzati fi progetti u inizjattivi ta’ prijorita’ akbar li gew identifikati matul is-sena minghajr ma jizdied il-piz tad-deficit ghal din is-sena. Fost in-nefqiet mizjuda hemm il-vot tas-Sahha b’Lm4.5 miljun, ghal spejjez marbuta ma’ xiri tal-medicini u operazzjonijiet, l-Infrastrutura Lm 1.3 miljun, l-Edukazzjoni Lm 800,000; u diversi progetti ohra fost l-ohrajn Lm 268,000 ghal Ghawdex.
Id-decizjoni mehuda mill-Kabinett li tinxtara propjeta’ li sservi bhala ufficini tar-Rapprezentazzjoni Maltija u l-Ambaxxata fi Brussel hi wahda ghaqlija. B’din id-decizjoni il-Gvern ser jiffranka mal-Lm 1.5 miljun fis-sena ghal 27 sena fuq il-kera tal-propjeta’ u ghaldaqstant ikollu wkoll titlu fuq l-istess projeta’.
Dwar ir-ragunijiet marbuta mad-dhul tal-Gvern, l-Onor Mangion jipprova jaghti l-impressjoni li d-dhul fil-VAT hu biss marbut maz-zieda ta’ 3% meta il-fatt hu li din iz-zieda halliet impatt fid-dhul tal-Gvern s’issa fix-xhur t’April u Mejju billi d-dhul fl-ewwel tlett xhur hu dak marbut mal-perjodu ta’ l-ahhar tlett xhur tas-sena li ghaddiet. Kuntrarju ghal dak li jallega l-Onor Mangion, l-ekonomija kompliet tikber u ghaldaqstant taghti il-kontribut taghha ghad-dhul tal-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR261940
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...
PR261939