Left arrow Mur Lura

JIKBER L-INTERESS F’XOGĦLIJIET KULTURALI U ARTISTIĊI MALTIN

PR1105
Date Icon 02/07/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech illum gie pprezentat b’kopja ta’ partitura muzikali digitalizzata ta’ l-ewwel Opra ta’ Mro. Carmelo Pace – Caterina Desguanez. 

Il-Ministru qal li l-arti u l-kultura mhux biss jiddistingwuna minn kull nazzjon ieħor iżda kienu wkoll l-aqwa reklam għal Malta fi żmien meta l-Gvern kien qed jagħmel ħiltu biex it-turisti li jżuru pajjiżna jiġu għal esperjenza ta’ l-istorja, l-arti u l-kultura li bihom huma mogħnija dawn il-gżejjer.  

Francis Zammit Dimech qal li għaċ-ċokon tiegħu pajjiżna tana numru kbir ta’ artisti ta’ kalibru li għamlu isem mhux biss Malta iżda wkoll barra xtutna. Hu qal li fost dawn kien hemm Carmelo Pace li pproduċa erba’ opri: ‘Caterina Desguanez’, ‘I Martiri’, ‘Angelica’ u ‘Ipogeana’, li l-manuskritti oriġinali tagħhom kienu preżentati lil The Manoel Theatre Management Committee fl-1988.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li fl-1990 twaqqfet “Il-Fondazzjoni għall-Promozzjoni ta’ l-Erba’ Opri Liriċi ta’ Carmel Pace” li titmexxa mill-Manoel Theatre Management Committee.  Il-partituri ta’ dawn l-opri, kif ukoll mużika oħra ta’ Pace, kienu microfilmed fis-snin sebgħin mill-Mużew tal-Katidral ta’ l-Imdina f’assoċjazzjoni mas-St. John’s University of Minnesota ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li Georgette Caffari u Ronald Azzopardi Caffari ħasbu biex jiddiġitalizzaw il-partitura ta’ l-opri ta’ Pace u jagħtuhom lill-“Fondazzjoni għall-Promozzjoni ta’ l-erba’ opri liriċi ta’ Pace”. Minn dawn tlesta s-sett komplut ta’ l-ewwel opra ta’ Pace “Caterina Desguanez”. Dan jinkludi l-partitura tad-Direttur ta’ l-Orkestra, il-partitura Canto-Pianoforte, partijiet strumentali ta’ l-orkestra, partijiet tas-solisti, total ta’ aktar minn 1,400 ta’ partitura li kienu diġitalizzati u maħżuna fuq CD-Rom.  

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li proġetti bħal dawn kienu jkattru l-imħabba lejn l-arti lokali u jwasslu biex il-poplu jsir aktar konxju mill-patrimonju artistiku ta’ pajjiżna.  

Il-Ministru rringrazzja  lil kull min ta sehemhu biex jkunu konservati xogħlijiet bħal dawn kif ukoll lil The Manoel Theatre Management Committee li tmexxi l-‘Fondazzjoni għall-Promozzjoni ta’ l-Erba’ Opri Liriċi ta’ Carmelo Pace’.  

Hu radd ħajr ukoll lil Georgette Caffari u Ronald Azzopardi Caffari li bil-ħidma tagħhom setgħu jkunu digitalizzati l-partituri ta’ l-opra “Caterina Desguanez” u ta’ l-opra “I martiri” li x-xogħol fuq id-diġitilizazzjoni tal-partituri tagħha beda u mistennija jitlestew din is-sena.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow