Left arrow Mur Lura

L-IŻGĦAR PAJJIŻ BL-OGĦLA LIVELL TA’ ATTIVITAJIET

PR1104
Date Icon 02/07/2004

Waqt li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech kien jippreżenta premjijiet lil voluntiera li taw sehemhom  fiċ-ċelebrazzjonijiet in konnessjoni mas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, qal li ċ-ċelebrazzjonijiet għas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kienu sforz kollettiv ta’ ħafna nies, fosthom mijiet ta’ voluntieri, li mingħajr il-ħidma tagħhom dawn il-festi ma kenux isiru realta’.

Francis Zammit Dimech qal li dawn il-festi nfirxu fuq 24 jum u kienu intensivi sew f’dik li hi kwalita’ u anke kwantita’. Iċ-ċelebrazzjonijiet kienu jinkludu programmi ta’ marċi minn baned, logħob tan-nar, spettakli ta’ kant u żfin, projezzjonijiet bil-video fuq il-Forti Sant’Anġlu, festivals fit-toroq, festivals għaż-żgħażagħ, attivitajiet kulturali b’kompożizzjonijiet minn artisti lokali, kunċerti minn talent lokali ta’ fama internazzjonali, kunċerti korali u orkestrali, kunċerti vokali u strumentali, wirjiet minn artisti Maltin u re-enactments. Hu qal li f’dawn il-festi pparteċipaw eluf ta’ nies b’talent lokali u barrani li taw wirjiet spettakolari.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura kompla jghid li kien ċert li l-attivitajiet li saru fil-lejl ta’ bejn  it-30 ta’ April u l-1 ta’ Mejju flimkien ma’ dawk tad-9 ta’ Mejju, li kien ukoll Jum l-Ewropa, ħallew impatt fuq miljuni ta’ nies ma’ l-Ewropa kollha u kienu ta’ kontribut  għall-promozzjoni turistika ta’ Malta barra pajjiżna.  

Francis Zammit Dimech qal li l-video projection mill-artist ta’ fama internazzjonali Ross Ashton flimkien mal-Gert Hof Light Monument fuq il-Forti Sant’Anġlu, akkumpanjat mill-mużika ta’ Roger Waters, u li xxandru direttament ma’ l-Ewropa kollha, poġġew lil Malta fuq il-mappa bħala l-iżgħar pajjiż bl-ogħla livell ta’ attivitajiet.     

Il-Ministru Zammit Dimech qal li daqshekk ieħor importanti u ta’ promozzjoni għal pajjiżna kien il-Blessing of Europe li kien organizzat fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, kunċert taħt id-direzzjoni tad-Direttur Mużikali Awstrejak Manfred Honeck.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li pajjiżna għex 24 jum ta’ attivitajiet li ma setgħux jittellgħu li kieku ma kienx għall-mijiet ta’ voluntiera li taw il-ħin liberu tagħhom. Hu qal li dawn huma dawk li jagħmlu ċelebrazzjonijiet bħal dawn possibbli u għalhekk ried f’isem il-Gvern jirringrazzjahom għall-ħidma diżinteressata tagħhom.  Hu qal li kien se jippreżenta memento li dawk kollha li vvolontarjaw. Hekk dawn jibqgħu jiftakru fil-kontribut tagħhom biex din l-okkażżjoni hekk importanti fl-istorja ta’ pajjiżna setgħet isseħħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow