Left arrow Mur Lura

HLAS TA’ ALLOWANCE SUPPLIMENTARI U TAC CHILDREN’S ALLOWANCE

PR1103
Date Icon 02/07/2004

Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Socjali fi hdan il-Ministeru ghall-Familja u Solidarjeta’ Socjali jixtieq javza li ghada s-Sibt 3 ta’ Lulju se jsir l-ewwel pagament tac-Children’s Allowance kif ukoll ta’ l-Allowance Supplimentari ghat-tlett xhur li gejjin. Madwar 39,000 beneficjarji li baghtu l-applikazzjoni taghhom sa l-ahhar t’April 2004, kif kienu mitluba mid-Dipartiment, se jircievu l-hlas. Dawn il-pagamenti diga’ gew impustati matul din il-gimgha. Din is-sena, diga’ sar 75% ta’ l-ipprocessar ta’ l-applikazzjonijiet ghac-Children’s Allowance. Din ic-cifra hija l-ahjar ghal dawn l-ahhar snin.

Inghatat prijorita’ assoluta, sa fejn hu possibli, lill-beneficjarji tac-Children’s Allowance li jircievu l-Ghajnuna Socjali.  

Id-Dipartiment huwa konxju tal-fatt li l-beneficjarji jkunu qeghdin jistennew il-hlas bil-herqa u ghaldaqstant sabiex jigi assigurat li ma jkunx hemm dewmien bla bzonn, id-Dipartiment qed jahdem bis-sahra matul il-gimgha kollha nkluz il-Hadd u l-festi. Fil-gimghat li gejjin, id-Dipartiment jibda jipprocessa dawk it-talbiet li jkunu dahlu tard, jew li ma kellhomx imnizzla l-informazzjoni  kollha mehtiega, jew li ghal xi raguni ohra hemm bzonn li jigu nvestigati aktar fid-dettal. Huwa ppjanat li madwar 2,000 beneficjarji ohra jkunu mhallsa kull gimgha biex il-beneficjarji kollha jinqdew fl-aqsar zmien possibbli.  

Tajjeb li jigi nnotat li kull talba ghall-beneficcju trid tigi verifikata individwalment filwaqt li jigi assigurat li t-test tal-mezzi jigi applikat wara li jkunu saru l-investigazzjonijiet finanzjarji kollha. Dan jaghmilha possibbli li ma’ jinbitx abbuz mill-beneficcju u jevita li jinqalghu kazijiet ta’ rifuzjoni tal-benficcju jekk jigi skopert li ma kienx dovut.  

Ta’ min isemmi li l-hlas tal-beneficcji jsir bil-quddiem (mhux b’lura bhall-paga) biex ikopri 13-il-gimgha. Minhabba li l-kunfidenzjalita’ tal-beneficjarji tinghata l-importanza mehtiega, mhux kull impjegat jista’ jahdem fuq dan il-process.  

Kull min jixtieq jikseb aktar informazzjoni ghandu jcempel lis-Servizz SPIC fuq in-numru 159.  

Hemm pjanijiet ukoll biex s-sistemi ta’ l-informatika jkomplu jigu zviluppati halli s-servizz ikompli jitjieb. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow