Left arrow Mur Lura

QUALITY SERVICE CHARTER GHALL-KUMMISSJONI NAZZJONALI GHALL-PROMOZZJONI TA’ L-UGWALJANZA GHALL-IRGIEL U N-NISA

PR1098
Date Icon 02/07/2004

Il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza ghall-Irgiel u n-Nisa (NCPE) illum ipprezenatat Quality Service Charter lill-Ministru ghall-Familja u s-Solidarjeta’ Socjali, Dolores Cristina.

Dan ic-Charter jispjega ezattament ix-xoghol tal-Kummissjoni, x’servizz ghandhom jistennew l-klijenti u x’hin huma id-drittijiet taghhom. Dan kollu jinstab f’fuljett miktub b’mod car u semplici biex jinftihem. Ic-Charter jistieden ukoll lill-klijenti biex jaghtu feedback dwar is-servizz li jinghataw sabiex b’dan il-mod il-Kummissjoni tkun tista’ taghraf ahjar il-bzonnijiet tal-klijenti taghha. Permezz tac-Charter, il-klijenti jkun jafu ezattament it-tul ta’ zmien li fih ghandhom jircievu risposta dwar xi talbiet jew ilmenti li jkunu ghamlu.

“Permezz tad-dhul fl-Unjoni Ewropea u r-regoli taghha, ic-cittadini qeghdin dejjem aktar jinghataw poter rigward is-servizz li ghandhom jircievu. Dan ic-Charter huwa mezz iehor li jizgura kwalita’ gholja fis-servizz li jinghataw in-nisa u rgiel Maltin f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ drittijiet taghhom ghal trattament ugwali. Ta’ min jghid li din hija l-ewwel Kummissjoni f’Malta li ghandha Quality Service Charter,” qalet il-Ministru Cristina.

Il-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza ghall-Irgiel u n-Nisa, permezz ta’ dan ic-Charter, qeghda taghmilha aktar facli biex il-pubbliku jikseb l-informazzjoni li jkollu bzonn, jibqa’ aggornat dwar id-drittijiet tieghu u jiprovdi mezzi biex persuna taghmel ilment f’kaz ta’ diskriminazzjoni. Dan ghandu jghin biex il-klijenti jkabbru l-kunfidenza taghhom fil-Kummissjoni u l-operat taghha. Ic-Charter huwa mezz iehor biex ir-relazzjoni bejn il-klijent u min jipprovdi s-servizz tissahhah.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow