Left arrow Mur Lura

INAWGURAT UFFICJALMENT IL-PROGETT TA’ TISBIH TA’ PACEVILLE

PR1094
Date Icon 02/07/2004

Il-Progett b’investiment ta’ Lm700,000 komplut kif ippjanat

Il-Progett ta’ tisbih fit-toroq interni u l-pjazza ta’ Paceville huwa lest kif kien originalment ippjanat. Dan habbru l-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit waqt li kien qed jakkumpanja lill-Prim Ministru fl-inawgurazzjoni tal-progett.

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura rrimarka li l-ghan principali wara d-decizjoni li dan il-progett jinqasam fi tlett fazijiet, kien sabiex jinholoq l-inqas inkonvenjent possibbli ghar-residenti u l-komunità kummerċjali ta’ Paceville u z-zona ta’  madwaru.

Dan il-progett kien inbeda’ f’Ottubru 2003 fejn apparti diversi xoghlijiet konnessi mal-progett ta’ tisbih fit-toroq interni bhal pavimentar, sar ukoll xoghol estensiv qabel, bhal tibdil tas-servizzi kollha ta’ taht l-art li kienu ddeterjoraw maz-zmien.

Il-Ministru Ninu Zammit kompla jghid li dan il-progett ambizzjuz kien jinkludi diversi xoghlijiet preparatorji ta’ tibdil u tqeghid ta’ diversi servizzi taht il-pavimentar. Huwa spjega f’hiex kien jikkonsistu dawn ix-xoghlijiet u semma fost ohrajn :-

Tarmak12,100 metru kwadru
Kurduna3,500 metru
Pavimentar8,020 metru kwadru
Pavimentar ta’ Tarag300 metru kwadru
Arbli tad-dawl93
Tankijiet ta’ l-iskart71

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura tenna li fuq dan il-progett sar hafna xoghol mill-haddiema tal-Ministeru, fejn ghamlu wkoll xoghlijiet ghall-entitajiet  ohra li kienu jinkludu:

Korporazzjoni Servizzi ta’ l-Ilma

1,000 metru mains ta’ l-ilma

11,000 metru (500mm diameter) ducts


Dipartiment tad-Drenagg

115 metru kanen ta’ drenagg

5,000 metru (100mm diameter) ducts


Melita Cable

760 metru cable

Il-Ministru Ninu Zammit qal li l-haddiema fi hdan id-Divizjoni tax-Xoghlijiet taht supervizjoni ta’ Periti professjonali mhux talli wettqu xoghol ta’ kwalità u fuq standards stabbiliti, izda dejjem zammew mal-programm ta’ xoghlijiet u b’sodisfazzjon lestew il-progett fiz-zmien stipulat.

In-nefqa totali fuq il-progett tlahhaq ghal madwar Lm800,000 li tinkuldi wkoll il-pagi tal-haddiema, xoghlijiet mid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi hdan il-Ministeru, kif ukoll hlasijiet lill-kuntratturi li wettqu xoghlijiet partikolari f’din l-area., liema xoghlijiet ma jistghux isiru mill-haddiema tal-Gvern. 

Il-Ministru Ninu Zammit spjega li bhala parti mill-policy tal-Ministeru, xoghlijiet li jistghu jsiru mill-haddiema u t-teknici fi hdan l-istess Ministeru qed jigu mwettqa mid-Divizjoni tax-Xoghlijiet billi jigu utilizzati r-rizorsi kollha disponibbli. Xhieda ta’ dan huwa dan il-progett fejn il-bicca l-kbira tax-xoghol saret mid-Divizjoni tax-Xoghlijiet. Minhabba dan il-mod ta’ management, il-Gvern wettaq dan il-progett b’investiment taht il-limiti ta’ l-istima originali tal-progett.

Il-Ministru Ninu Zammit kompla jghid li fil-futur, progetti simili ser jigu implimentati bl-istess kuncett. Dan kollu qed isir fl-ambitu fejn apparti t-tahrig mehtieg lill-haddiema, qed jinxtara apparat u ingenji necessarji sabiex il-haddiema jkunu attrezzati bil-makkinarju necessarju bil-ghan li tkompli tizdied l-efficjenza.

Il-Ministru temm id-diskors tieghu billi rringrazzja lid-Direttur Generali Ray Farrugia, il-Perit Marie Louise Musumeci,  il-haddiema, il-GRTU u l-Kunsill Lokali ta’ San Giljan. Huwa fahhar l-impenn ta’ dawn kollha biex il-progett kien success u issa jista’ jitgawda miz-zghazagh, sidien u haddiema fl-istabillimenti, it-turisti u r-residenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara fuq il-lant ta’ proġett ta’ 55 unit residenzjali ġdid f’Ħaż-Żebbuġ għal familji vulnerabbli

PR261940

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tielet darba bil-produzzjoni ‘What’s Missing’ għall-istudenti

PR261939

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ŻiguŻajg jirritorna Għawdex għat-tie...

Aktar Stqarrijiet Right arrow