L-U.E. TAPPROVA ŻEWĠ BIDLIET IMPORTANTI GĦAL MALTA
Proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li tnaqqas il-kubrit fil-fuel tal-vapuri ġiet approvata waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri li saret fil-Lussemburgu. Din hija proposta li tolqot mill-qrib lil pajjiżna għaliex pajjiżna jinsab f’nofs waħda mill-aktar rotot importanti għat-tbaħħir tal-vapuri.
Din il-bidla għandha twassal sabiex jonqos it-tniġġiż fl-arja u b’hekk ikun hemm anqas impatt fuq l-ambjent, il-bniedem u l-bini storiku.
Proposta oħra li sabet l-appoġġ tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea hija dwar uniformità fil-klassifikazzjoni tal-baħar għall-għawm (bathing waters). Dan għandu jwassal biex sas-sena 2015 il-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea jikklassifikaw l-ibħra għall-għawm tagħhom f’erba’ kategoriji.
F’kummenti li ta fi tmiem il-laqgħa, il-Ministru George Pullicino spjega li Malta appoġġjat dawn iż-żewġ mizuri għax jiggarantixxu futur aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri. Huwa enfasizza li issa li aħna membri, Malta qed tipparteċipa f’deċizzjonijiet li jkompli jagħtu titjib fil-kwalità tal-ħajja mhux biss għall-Maltin imma għall-Ewropej ukoll.
Other Press Releases:
PR261940
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara fuq il-la...
PR261939