Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Kap Eżekuttiv ġdid għall-entità pubblika Housing Project Solutions

pr261463
Date Icon 10/09/2026

Il-Perit Thomas Tanti ġie maħtur Kap Eżekuttiv ġdid tal-entità pubblika Housing Project Solutions.

Il-Perit Tanti għandu esperjenza estensiva fil-qasam tal-inġinerija, l-arkitettura, il-kostruzzjoni u l-immaniġġjar ta’ proġetti, wara snin ta’ ħidma f’oqsma relatati mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ akkomodazzjoni u infrastruttura fis-settur privat.

Matul il-karriera tiegħu, Tanti okkupa diversi karigi fil-qasam tekniku u tal-immaniġġjar tal-proġetti, fejn f’dawn l-irwoli kien responsabbli, fost oħrajn, mis-superviżjoni ta’ xogħlijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni, kif ukoll mill-iżgurar li l-proġetti jitwettqu skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards meħtieġa.

Fil-karriera tiegħu huwa kien responsabbli mill-ippjanar u t-twettiq ta’ diversi proġetti, filwaqt li kkoordina timijiet multi dixxiplinarji magħmula minn periti, inġiniera, project managers u quantity surveyors. Fost il-proġetti li ħadem fuqhom hemm żviluppi residenzjali, proġetti ta’ toroq, kif ukoll proġetti ta’ akkomodazzjoni u restawr.

Tanti gradwat bħala perit kif ukoll għandu Masters of Engineering mill-Università ta’ Malta, kif ukoll B.Sc. (Hons) fil-Built Environment.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv uxxenti Marisa Marmara għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha matul iż-żmien li serviet bħala Kap Eżekuttiv ta’ Housing Project Solutions, u rrikonoxxa l-kontribut tagħha fil-ħidma u l-avvanz tal-entità.

Il-Ministru Bonnici awgura lill-Perit Tanti fil-kariga l-ġdida tiegħu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Kap Eżekuttiv ġdid għall-entità pubblika Housing Project Solutions
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow