STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ Kap eżekuttiv ġdid għal-LESA
pr261452
09/09/2026
Dr Charlton Falzon Cascun huwa l-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-LESA. Huwa beda l-funzjonijiet tiegħu mil-lum 9 ta' Settembru 2026. Dr Falzon Cascun għandu esperjenza fil-korpi dixxiplinati billi serva kemm fl-Armata u anke fil-Pulizija għal bosta snin, kemm bħala uffiċjal u anke bħala avukat.
Il-Ministru Glenn Bedingfield awgura lil Dr Falzon Cascun f'din il-kariga tiegħu u rringrazzja lil Svetlick Flores, li fis-snin li għaddew kien jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-LESA.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911