Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Rikonoxximent għall-implimentazzjoni tal-In-Work Benefit

PR240610
Date Icon 18/04/2024

Il-proċess tal-awtomizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-għoti tal-In-Work Benefit ġie rrikonoxxut u ppremjat mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (ISSA) fil-Forum Reġjonali Ewropew li qed jiltaqa' ġewwa Porto, fil-Portugall.

Malta ngħatat “Certificate of Merit with Special Mention" għas-sottomissjoni tagħha “Digitalization of the In-Work Benefit Scheme: A key labour market incentive  - The Maltese innovative approach in combatting non-take-up through process transformation and automation".

Permezz ta' din l-awtomizzazzjoni, mhux biss dawk eliġibbli għall-In-Work Benefit m'għandhomx bżonn aktar japplikaw, iżda n-numru ta' dawk eliġibbli kiber bi kważi erba' darbiet minn madwar 6,000 għal 23,000, li wassal biex dan il-benefiċċju qed jirċevuh prattikament il-familji kollha li huma intitolati għalih.

Is-Segretarju Ġenerali tal-ISSA Marcelo Abi-Ramia Caetano, f'ittra lill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, kellu kliem ta' tifħir għal din il-kisba importanti.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon saħaq li dan it-tragward huwa eżempju ċar ta' kemm pajjiżna jinsab fuq quddiem nett kemm fl-implimentazzjoni u anke d-diġitalizzazzjoni ta' miżuri soċjali. “L-għan tagħna huwa li nkomplu nilħqu iktar familji u nsaħħu l-livell ta' għajxien tagħhom, filwaqt li nnaqqsu kemm nistgħu l-burokrazija u pressjonijiet relatati," tenna l-Ministru Falzon.

“Sodisfatti li l-isforzi kbar li qed jagħmel il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, permezz tad-dipartimenti u l-entitajiet tiegħu, sabiex jimmodernizza u jissimplifika dejjem aktar il-proċessi u s-servizzi tiegħu, qed ikunu innutati u rikonoxxuti minn din l-akbar organizzazzjoni għall-istituzzjonijiet, dipartimenti u aġenziji governattivi tas-sigurtà soċjali fid-dinja," qal is-Segretarju Permanenti Mark Musù.

Is-sottomissjoni Maltija spikkat sew minn fost il-119-il sottomissjoni minn 40 istituzzjoni msieħba fl-ISSA minn 26 pajjiż Ewropew, tant illi s-Sur Musù ġie mistieden sabiex jagħmel preżentazzjoni ta' din l-inizjattiva innovattiva waqt dan il-Forum Reġjonali Ewropew.

Is-Sur Musù huwa wkoll wieħed mill-kelliema, flimkien ma' rappreżentanti mill-Iżvizzera, Spanja, il-Moldova u l-Kyrgystan, fil-High-Level Social Security Policy Symposium for Europe li se jkun qed jagħlaq dan l-istess forum ġewwa Porto.

Flimkien mas-Sur Musù ġewwa Porto attendew ukoll id-Diretturi Ġenerali fi ħdan il-Ministeru Alexia Vella u George Cremona.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Rikonoxximent għall-implimentazzjoni tal-In-Work Benefit
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI T...

More Press Releases Right arrow