Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ

PR261930
Date Icon 16/11/2026

Matul l-2027, se jiżdiedu l-għotjiet li jingħataw għat-tagħlim tal-mużika fil-Każini tal-Baned u għall-organizzazzjonijiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ. Dan tħabbar mill-Ministru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Omar Farrugia waqt konferenza mal-istess għaqdiet benefatturi.

 

Bħala parti mill-Budget 2027, il-Ministeru għaż-Żgħażagħ qed jalloka kważi €3 miljun li se jmorru kollha għall-inizjattivi, programmi, diskussjonijiet u konsultazzjonijiet fost iż-żgħażagħ.

 

Fir-rigward tal-iskemi ‘Musical Tuition for Youths in Band Clubs’ u l-iskema ‘Boost’, li huma amministrati mill-Aġenzija Żgħażagħ, kien hemm żieda fil-fondi li se jibbenefikaw minnhom dawk li japplikaw b’suċċess għal dawn l-iskemi u dan ikompli jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ is-settur taż-żgħażagħ.

 

Il-Ministru Farrugia ħabbar li fl-iskema tat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-baned, l-ammont li se jingħata lil kull għaqda se jirdoppja minn €2,500 għal €5,000. Fl-istess waqt, l-għotja li tingħata lil għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ se tiżdied ukoll minn €3,000 għal €3,500 lil kull għaqda.

 

Il-Ministru Farrugia tkellem dwar is-suċċess miksub minn dawn l-iskemi tant li matul din is-sena, kien hemm 57 każin jew għaqda tal-Banda li kkwalifikaw biex ħadu din l-għajnuna. F’dawk li huma għaqdiet taż-żgħażagħ, kien hemm madwar 130 għaqda li bbenefikaw u fost dawn l-għaqdiet kien hemm diversi friegħi tal-iscouts u l-girl guides, is-St John Ambulance, is-Sea Cadets, għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet tal-festi fosthom fratellanzi, kumitati tal-festi esterni u diversi għaqdiet oħra.

 

Il-Ministru semma kif il-każini tal-baned għandhom irwol importanti fit-tradizzjoni ewlenija tal-festa Maltija u fl-iżvilupp kulturali tal-komunitajiet fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin. Spjega li l-każini tal-banda jużaw il-fondi li jingħataw kemm għat-tagħlim innifsu, kif ukoll biex jinxtraw strumenti jew aċċessorji tal-banda meħtieġa għat-tagħlim.

 

Min-naħa l-oħra, l-iskema BOOST tappoġġja lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ billi tagħtihom fondi ħalli jtejbu l-kwalità tax-xogħol tagħhom. Kien hemm diversi għaqdiet li applikaw u kkwalifikaw għal din l-iskema u dan huwa l-ikbar prova tas-suċċess tagħha. Dawn l-għaqdiet ingħataw appoġġ biex jużaw għodda li tgħinhom jidentifikaw x’miżuri jridu jieħdu, ħalli x-xogħol tagħhom maż-żgħażagħ ikun wieħed adegwat, sostenibbli u li jħalli impatt pożittiv.

 

Il-Ministru Omar Farrugia temm jgħid li “l-Gvern kommess li jibqa’ jinvesti fl-għaqdiet volontarji sabiex il-proġetti tagħhom isiru realtà u se jibqa’ jinvesti fiż-żgħażagħ li jattendu t-tagħlim tal-mużika sabiex il-futur tagħhom verament ikun wieħed b’saħħtu.”

 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Żgħażagħ Jason Zammit qal kif dawn huma skemi li jibbenefikaw minnhom diversi għaqdiet li jaħdmu maż-żgħażagħ li bihom jagħmlu diversi proġetti u jixtru diversi riżorsi biex matul is-sena jwettqu l-proġetti kollha u l-ħolm kollu li jkollhom f’moħħhom.

 

Preżenti għal din il-konferenza, kien hemm ukoll il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda, Dr Noel Camilleri. Dan ikompli juri s-sinerġija b’saħħitha bejn l-Għaqda nnifisha u l-Aġenzija Żgħażagħ.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Malta Miegħek: Jiżdiedu l-għotjiet għat-tagħlim tal-mużika fil-każini tal-banda u għall-għaqdiet volontarji li jaħdmu fost iż-żgħażagħ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

More Press Releases Right arrow