Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Sejħa ta’ fondi Ewropej għall-kumpaniji privati li jixtiequ jinvestu fid-diġitalizzazzjoni

pr240312
Date Icon 27/02/2024

Kumpaniji privati li jixtiequ jinvestu fil-qalba diġitali tal-operat tagħhom jistgħu jaċċessaw sa' €128,400 f'fondi Ewropej permezz tal-iskema Digitalize Your Business li bħalissa tinsab miftuħa u hija aċċessibbli kemm għal kumpaniji kbar u kif ukoll dawk żgħar u medji.

L-iskema Digitilize Your Business hija immirata sabiex l-entitajiet privati jtejbu r-reżiljenza, l-effiċjenza u l-produttività tagħhom permezz tal-investiment f'għodod teknoloġiċi. Permezz ta' dan il-fond, applikanti eliġibbli li joperaw minn Malta jingħataw lura sa 50% tal-ispejjeż tal-investiment filwaqt li applikanti li joperaw minn Għawdex jingħataw sa 60% tal-ispejjeż.

Fi żjara fil-kumpanija Fairwinds Management Ltd, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ra l-investiment ta' servers li nxtraw mill-kumpanija fix-xhur li għaddew u li nofs l-ispejjeż tagħhom kienu mħallsa lura minn fondi Ewropej ta' skema simili. “Permezz ta' ħmistax-il miljun ewro mill-Fond għar-Reżiljenza u Rkupru Ewropew, kumpaniji privati bħal Fairwinds jistgħu jaċċessaw fondi Ewropej biex l-operat tagħhom isir iżjed effiċjenti permezz ta' sistemi diġitali," qal id-Deputat Prim Ministru Fearne.

Id-direttriċi tal-kumpanija Joceline Caruana spjegat kif il-fondi Ewropej għenu lill-kumpanija tinvesti f'serversmoderni, li kienu obbligu għal-liċenzja li kisbu mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, u li żiedu l-kapaċità tad-data li jistgħu jipproċessaw għall-klijenti tagħhom. Hija rrimarkat ukoll li l-proċess tal-applikazzjoni kien wieħed faċli u għalhekk ħeġġet kumpaniji oħra, inkluż dawk żgħar u li għadhom kif twaqqfu, sabiex isegwu l-eżempju tagħhom.

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Fearne ħeġġeġ lill-intrapriżi privati li jixtiequ aktar informazzjoni sabiex javviċinaw lil Servizzi Ewropej f'Malta għal iżjed gwida fuq info.sem@gov.mt jew fuq 27797300. Iżjed informazzjoni dwar l-iskema tinstab hawn.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Sejħa ta’ fondi Ewropej għall-kumpaniji privati li jixtiequ jinvestu fid-diġitalizzazzjoni
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Sejħa ta’ fondi Ewropej għall-kumpaniji privati li jixtiequ jinvestu fid-diġitalizzazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow