STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr240303
26/02/2024
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq l-Isperanza, Il-Mosta
li l-bibien f'din it-triq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Frar 2024, u jidher ukoll fil-websajt tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni 'Pubblikazzjonijiet'. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-23 ta' Frar 2024.
Other Press Releases:
PR261933
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...
PR261932