Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL ​Offerta ta' Rollover lid-Detenturi tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2019

pr240294
Date Icon 23/02/2024

Maħruġ bir-rata ta' 3% fis-sena fi Ħruġ ġdid tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2024 maħruġ bir-rata ta' 3.35% fis-sena

L-Accountant General jistieden lid-detenturi tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2019 (Bond li ser jimmatura) sabiex iġeddu l-ammont sħiħ  li ser jimmatura f'Bond Ġdid tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2024 b'effett mill-20 ta' Marzu 2024. Id-Detenturi tal-Bond Eżistenti tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2019 li jagħżlu li jġeddu l-investiment tagħhom fil-Bond il-Ġdid tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2024 ser jiġu allokati l-istess ammont nominali li kellhom fil-Bond li ser jimmatura.

Il-ħruġ il-ġdid tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2024 għandu jinħareġ bl-istess termini tal-ħruġ eżistenti tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2019, ħlief għar-rata tal-imgħax, li ser tkun ta' 3.35% fis-sena għal 5 snin. Il-Ħruġ il-ġdid tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2024 ser jinħareġ skont il-prospett ippubblikat fit-23 ta' Frar 2024.

Arranġamenti tar-Rollover

Ser tintbagħat Formola tal-Applikazzjoni preskritta li fiha ser ikun hemm l-ammont nominali investit fit-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2019  lid-detenturi kollha ta' dan il-Bond, li isimhom jidher fir-reġistru f'għeluq il-ġurnata ta' negozjutal-Ġimgħa, it-23 ta' Frar 2024 (id-data cut-off).  Id-detenturi li jagħżlu li jġeddu l-investiment għandhom jiffirmaw il-Formola tal-Applikazzjoni u jibagħtuha lir-Reġistratur fl-envelop indirizzat u ipprovdut mal-Formola tal-Applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa, is-6 ta' Marzu 2024.

Id-detenturi li ma jixtiqux iġeddu l-investiment tagħhom m'għadhom bżonn jagħmlu xejn u ser jirċievu l-ħlas lura tal-kapital fl-20 ta' Marzu 2024 (id-data tal-maturità).

Detenturi tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2019 li jagħżlu li jġeddu l-investiment fil-Bond il-Ġdid ser ikunu reġistrati bħala detenturi tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2024 b'effett mill-20 ta' Marzu 2024.

Termini tal-ħruġ il-ġdid 62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta - Ħruġ 2024

It-termini tal-Bond il-Ġdid huma simili għat-termini u kundizzjonijiet tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta' Malta – Ħruġ 2019, ħlief għar-rata tal-imgħax, li ser tkun ta' 3.35% fis-sena għal 5 snin li ser jimmatura fl-2029. Il-Bond ma jistax jiġi negozjat, assenjat, trasferit lil xi individwu ieħor jew jingħata bħala rahan.

L-imgħax jitħallas kull sitt xhur b'lura fl-20 ta' Marzu u fl-20 ta' Settembru għall-perjodu kollu ta' ħames snin. Id-detenturi jistgħu jirtiraw l-ammont kollu investit qabel l-20 ta' Marzu 2029 (id-data tal-maturità), soġġett għal ħlas ta' penali għall-fidwa bikrija, ekwivalenti għal 3 xhur imgħax gross fuq l-ammont irtirat, bir-rata tal-imgħax li jgħaddi l-Bond.

Aktar informazzjoni tista' tinkiseb mill-prospett, li jista' jitniżżel mis-sit elettroniku tat-Teżor f'www.treasury.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow