Left arrow Go Back

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultati u l-Allokazzjoni tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta – Frar 2024

pr240293
Date Icon 23/02/2024

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta' Malta ta' Frar 2024. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta' ftit anqas minn €511 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130 miljun.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)

Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, il-21 ta' Frar 2024, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta' ftit anqas minn €108 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss għal kull stock imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet intlaqgħu kollha.

Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppublikati permezz ta' Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li l-applikazzjonijiet ikunu iċċertifikati konformi mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.

It-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ ta' €270 miljun b'konformità ma' Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppublikata fid-9 ta' Frar 2024.

Għaldaqstant, it-Teżor ser jalloka l-offerti mitfugħa fl-irkant kif jidher aktar 'l isfel:

Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Ġimgħa it-23 ta' Frar 2024, it-Teżor irċieva 70 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €402.9 miljun li ġew allokati kif ġej:


Offerti sottomessi fl-IrkantAllokazzjoni
Deskrizzjoni tal-iStockNr.Ammont Nominali (€)Nr.Ammont Nominali (€)
3.15% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VII)1349,500,000830,500,000
3.35% Stock tal-Gvern ta' Malta 2029 (V)57353,400,00044260,650,000
Total70402,900,00052291,150,000

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-iStock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow