Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Emendi li jsaħħu r-responsabbiltà u l-obbligu tal-assigurazzjoni f'siti ta' kostruzzjoni fl-interess ta' terzi u ħaddiema

pr240285
Date Icon 22/02/2024

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard, waqt li kien qed jindirizza lill-midja, ippreżenta numru t'emendi leġiżlattivi li jitrattaw Avviżi Legali varji relatati mal-Att dwar l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA). Dawn l-emendi se jkomplu jgħollu  l-istandards u jistabbilixxu responsabbiltà ċara u dan fl-interess ta' terzi u l-ħaddiema li jkunu qed jaħdmu fuq is-sit.

“Dawn l-interventi leġiżlattivi jsegwu diversi interventi oħrajn li saru fl-aħħar snin u jippreċedu oħrajn li fi żmien li ġej se jkunu qegħdin jiġu implimentati biex bħala gvern inkomplu ngħollu l-istandards fis-settur tal-kostruzzjoni, niċċaraw aktar ir-responsabilità u nipprovdu serħan il-moħħ lil kull min jista' jiġi affetwat", qal il-Ministru Attard.

Permezz ta' dawn l-emendi, siti li l-ebda parti tagħhom ma tmiss u taffettwa proprjetajiet terzi (stand-alone) mhux biss iridu jaderixxu ruħhom ma' ċertu kundizzjonijiet provduti mil-liġi fejn jidħlu ħinijiet, hoarding, trab eċċessiv, storbju, indafa tal-viċinanzi, bankini, toroq u site notice fost oħrajn, iżda se jkunu obbligati jkollhom assigurazzjoni.

Dan se jkun ifisser li Clearance/Acceptance Notice ma toħroġx mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni fis-seħħ u d-dokumentazzjoni tagħha sottomessa għand l-awtorità u li f'każ ta' ksur tal-kundizzjonijiet provduti fil-liġi, l-istess awtorità se tkun tista' tintervjeni billi twaqqaf ix-xogħol u timponi sanzjoni.

Bl-emendi gradwali li qed jiġu implimentati fil-liġijiet, l-Awtorità  qed tkompli tassumi rwol akbar, inkluż fejn jidħol żvilupp ta' siti stand-alone.

“B'dan it-tibdil fil-liġi estendejna l-obbligu tal-assigurazzjoni anke fuq siti magħrufa bħala stand-alone, biex nipprovdu serħan il-moħħ lil kull terza persuna li tista' ssofri danni. Fl-istess waqt saħħaħna l-obbligu li jkun hemm Employers Liability Insurance, b'tali mod li dawk l-employers li lmentaw li mhux isibu servizz t'assigurazzjoni, jassumu responsabbiltà ċara fil-liġi, inkluż meta joperaw b'kumpanija", qal il-Ministru Attard.

F'każijiet fejn min għandu liċenzja u jħaddem mhux se jkollu polza t'assigurazzjoni li tkopri lill-impjegat, il-persuna jew l-kumpanija flimkien mad-diretturi u dawk in-nies li jmexxu l-istess kumpanija se jinżammu responsabbli ċivilment għal kwalunkwe danni jew ħsara li ssofri terza persuna jew impjegat li taħdem mal-istess persuna jew kumpanija. Dan se jwassal għal aktar standards fis-settur u fuq kollox għal rimedju aktar effettiv u effiċjenti għall-ħaddiema u l-qraba tagħhom f'każ ta' korriment jew mewt.

“M'hemm xejn aktar importanti minn ħajjet u saħħet il-ħaddiem. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li l-liġi kellha tipprovdi li jekk kemm-il darba jkun iddikjarat li ħaddiem jew il-familjari tiegħu, wara li jkun korra jew tilef ħajtu u wara li jkunu saru proċeduri ġudizzjarji, jiġi stabbilit li jispetta jew jispettawhom id-danni, dawn ikollhom aktar ċans effettiv li jirċievu dawn id-danni u mhux jibqgħu mingħajr rimedju għaliex il-kumpanija ma jkollha ebda assi minn fejn tagħmel tajjeb",  temm jgħid il-Ministru Attard.

Il-midja kienet aġġornata b'dawn l-iżviluppi f'laqgħa li saret fil-Ministeru tal-Ġustizzja u r-Riforma fis-Settur tal-Kostruzzjoni aktar kmieni llum u li kienet indirizzata wkoll mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), Jesmond Muscat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Emendi li jsaħħu r-responsabbiltà u l-obbligu tal-assigurazzjoni f'siti ta' kostruzzjoni fl-interess ta' terzi u ħaddiema
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI Emendi li jsaħħu r-responsabbiltà u l-obbligu tal-assigurazzjoni f'siti ta' kostruzzjoni fl-interess ta' terzi u ħaddiema
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow