Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’inġenji ġodda għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi

pr240238
Date Icon 15/02/2024

Id-Dipartiment għax-Xogħolijiet Pubbliċi investa 'l fuq minn nofs miljun ewro f'inġenji ġodda biex il-ħidma tad-dipartiment issir dejjem iktar sostenibbli, sigura u effiċjenti. Dan bħala parti minn pjan sabiex jiġu mibdula l-vetturi u l-inġenji l-iktar qodma u li jagħtu diffikultajiet waqt ix-xogħolijiet. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia waqt żjara li għamel fil-garaxx tal-Gvern f'Kordin.

“Permezz ta' dan l-investiment, il-ħaddiema ta' dan id-Dipartiment se jkunu qed jaħdmu b'inġenji ta' kwalità ogħla, iktar siguri u b'inqas ħsejjes u effetti ambjentali. Barra minn hekk, dan l-investiment se jwassal biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-operat u manutenzjoni u l-ħidma fuq il-proġetti ssir b'inqas tfixkil," qal is-Segretarju Parlamentari Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li parti mill-inġenji u l-vetturi li jintużaw fix-xogħlijiet ilhom jintużaw għal numru ta' snin. Kawża ta' hekk, il-ħsarat fuqhom ikunu spissi u barra li dawn jiswew il-flus, itellfu wkoll l-andament u l-pjan tax-xogħlijiet. Għaldaqstant, huwa tenna li dan l-investiment kien bżonnjuż ferm u barra li se jġib miegħu bidla pożittiva fil-ħidma ta' kuljum tal-ħaddiema se jiżgura iktar effiċjenza fit-tlestija tal-proġetti.

Id-dipartiment investa f'ħames trakkijiet ġodda ta' sittax-il tunnellata l-wieħed li se jintużaw għall-ġar ta' materjal tal-kostruzzjoni u merkanzija oħra, erba' karrijiet ta' tliet tunnellati u nofs biex jintużaw għall-ġar ta' inġenji żgħar u żewġ rombli ta' żewġ tunnellati li se jintużaw għal xogħol ta' manutenzjoni ta' toroq. Barra minn hekk, sar investiment ukoll f'żewġ mini-excavators ta' erba' tunnellati li se jintużaw għal xogħol ta' tħaffir li mistennija jaslu f'pajjiżna f'Mejju li ġej. L-inġenji kollha huma mgħammra bl-aħħar teknoloġija u b'ċertifikat ta' konformità mad-direttivi Ewropej.

Id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi Stephen Bonello qal, “L- introduzzjoni ta' dawn il-vetturi mal-flotta eżistenti ser tgħin lill-ħaddiema biex iwettqu dmirijiethom b'iktar effiċjenza u effettività. Nemmen li dan l-investiment se jikkontribwixxi għal ambjent tax-xogħol aħjar, li fl-aħħar mill-aħħar hu ta' benefiċċju kemm lill-ħaddiema tad-Dipartiment tagħna kif ukoll il-komunitajiet li naqdu."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’inġenji ġodda għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’inġenji ġodda għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’inġenji ġodda għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Investiment f’inġenji ġodda għad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow