Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-faċilitajiet sportivi fil-komunità tas-Swieqi

PR240230
Date Icon 14/02/2024

Il-komunità tas-Swieqi ser tkun qed tgawdi minn sala sportiva ġdida permezz ta' investiment mill-Gvern li ser ikompli jsaħħaħ l-operat ta' diversi għaqdiet sportivi fis-Swieqi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li dan il-proġett huwa fost katina ta' proġetti oħra imwettqa fil-komunitajiet mill-kunsilli lokali, permezz ta' skemi li jiffinanzja l-Gvern minn żmien għal żmien. Hija kompliet tispjega fuq l-importanza li l-kunsilli lokali jagħrfu l-bżonnijiet tal-komunità tagħhom u jutilizzaw il-fondi mogħtija lilhom sabiex jindirizzaw dawn il-bżonnijiet.

“Dan il-proġett jikkumplimenta diversi proġetti infrastrutturali sportivi oħra li qed isiru mill-Gvern. Din il-binja li se tintuża mill-għaqdiet sportivi fil-komunità, turina kemm il-kunsilli lokali huma tassew estensjoni tal-ħidma tal-Gvern fil-qalba tal-lokalitajiet," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Dan il-proġett kien jikkonsisti f'estensjoni ta' binja biex tiġi żviluppata sala multipurpose biex tkun użata għal fini sportivi. Il-kunsill lokali ser ikun qiegħed jagħti l-opportunità lil diversi organizzazzjonijiet sportivi fis-Swieqi biex jagħmlu użu minn din is-sala, li ser tkun strumentali sabiex dawn l-għaqdiet jkunu f'pożizzjoni aħjar li joffru aktar opportunitajiet sportivi lir-residenti fil-lokalità.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat irringrazzja lid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali għall-fondi għal dan il-proġett. Huwa spjega li l-għaqdiet sportivi fil-lokalità ma kellhomx post minn fejn jistgħu joperaw jew fejn jiltaqgħu mal-membri tagħhom. Għaldaqstant, permezz ta' dan il-proġett, il-kunsill lokali qed jgħin lil dawn l-għaqdiet billi joffrilhom post adattat biex ikomplu jsaħħu l-ħidma siewja tagħhom fil-komunità.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali Emil Vassallo qal li l-iskemi finanzjarji joffru opportunità lill-kunsilli lokali li jħarsu lejn il-ħtiġijiet tal-komunità u jindirizzawhom. “Dan il-proġett tal-kunsill lokali tas-Swieqi huwa eżempju ta' kif permezz tal-fondi miksuba minn din l-iskema wasslu sabiex organizzazzjonijiet sportivi u r-residenti tas-Swieqi jgawdu minn dan l-investiment illum u fil-ġejjieni," spjega s-Sur Vassallo.

Għal din il-konferenza kien hemm preżenti diversi rappreżentanti tal-għaqdiet sportivi tas-Swieqi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-faċilitajiet sportivi fil-komunità tas-Swieqi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Tisħiħ tal-faċilitajiet sportivi fil-komunità tas-Swieqi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow