Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR

pr240224
Date Icon 13/02/2024

Għax Gvern Laburista jippjana għall-futur qiegħed jaċċerta ruħu li jippjana għal kwalunkwe eventwalità anke' jekk ikun hemm żieda fid-domanda għall-elettriku minħabba sħana aktar qawwija minn dik li pajjiżna esperjenza fl-2023.

Gvern Laburista kien dejjem ċar dwar il-fatt li se jżid il-kapaċità f'każ li jkun hemm żieda qawwija biss u allura f'każ ta' emerġenza għal ftit sigħat biss.

Għalhekk li qed jiġi segwit il-proċess ambjentali kollu hekk kif rikjest mill-Unjoni Ewropea f'każijiet bħal dawn. Tant li l-proċess tela' għall-approvazzjoni tal-bord tal-ERA li qabel dwar dan b'mod unanimu.

Altru mill-impressjoni li ppruvat tagħti l-kelliema tal-Oppożizzjoni, li konvenjentament dwar dan ma semmiet xejn. L-Oppożizzjoni l-unika pjan li għandha hu li tgħolli l-kontijiet bil-proposta tal-liberazzjoni tas-suq, filwaqt li Gvern Laburista aċċellera l-investiment fid-distribuzzjoni u se jkompli jinvesti favur provvista tal-elettriku. Min hu popolist ma joħroġx b'soluzzjonijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow