Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim li ser jara titjib fil-kundizzjonijiet għall-psikologi

PR240210
Date Icon 09/02/2024

Ġie iffirmat ftehim settorali bejn il-Gvern u l-Malta Chamber of Psychologists li bih ser ikunu qed jiġu mtejba l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-psikoloġija. Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, li kien preżenti għall-iffirmar tal-ftehim, spjega kif permezz ta' dan il-ftehim ser jara titjib fil-kundizzjonijiet għal psikologi li jaħdmu mas-settur pubbliku li se jwassal għal titjib fis-servizz offrut lill-pubbliku.

L-għan tas-servizz li jagħtu l-psikologi hu li joffru għajnuna olistika fil-benesseri tal-individwi. Il-psikologi għandhom l-irwol li jidentifikaw sfidi li persuna tkun għaddejja minnhom u tgħinhom jegħlbu uħud mill-isfidi li jkunu qed jiffaċċjaw.

Il-Ministru Jo Etienne Abela tkellem dwar kif il-gvern jagħraf il-kontribut siewi li professjonisti f'dan is-settur għamlu matul is-snin u tenna li dan il-ftehim ser ikompli jtejjeb is-servizz offrut f'pajjiżna.

“Il-Gvern ser jibqa' jaħdem u jiżgura li jkompli jinvesti f'dan is-settur li hu tant kruċjali għal bennesseri tal-individwu. Irridu naraw li nies li jkunu għaddejjin minn perjodu iebes fil-ħajja tagħhom jsibu s-sapport bżonnjuż. Kommessi li nkomplu ntejbu s-servizz tas-saħħa offrut lill-pazjent," temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim li ser jara titjib fil-kundizzjonijiet għall-psikologi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow