Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

PR240193
Date Icon 08/02/2024

Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi se jkollha lil Mark Mallia bħala l-Kap Eżekuttiv ġdid tagħha. Dan b'effett mix-xahar id-dieħel u wara li Carmen Ciantar tat ir-riżenja tagħha u ġiet milqugħa mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Filwaqt li l-Ministru Jo Etienne Abela rringrazzja lil Carmen Ciantar għall-viżjoni u d-dedikazzjoni tagħha fit-tmun tal-FMS matul dawn l-aħħar seba' snin u nofs, huwa awgura lil Mark Mallia għall-irwol il-ġdid tiegħu fiż-żmien li ġej.

Il-Kurunell Mark Mallia hu gradwat mill-Università ta' Malta fosthom fil-Business Management. Huwa ġej minn karriera distinta fil-Forzi Armati ta' Malta fejn okkupa diversi pożizzjonijiet prominenti ta' responsabbiltà. Preżentament jokkupa l-kariga ta' Kap Eżekuttiv ta' Identità fejn mexxa inizjattivi u wettaq bidliet importanti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow