Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Estiża l-iskema “Nikru Biex Nassistu”

pr240188
Date Icon 07/02/2024

Jibbenifikaw aktar minn 1,000 familja mill-bidu tal-iskema

Wara s-suċċess li kellha l-iskema “Nikru Biex Nassistu", sa mill-bidu tagħha fl-2017, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li din l-iskema qed terġa' tiġi estiża.

Il-Ministru spjega li l-Gvern, permezz tal-Awtorità tad-Djar, se jkun qiegħed joħroġ sejħa lill-privat biex jiġu mikrija lilu diversi proprjetajiet, fejn dawn mbagħad jiġu mikrija lil persuni li għandhom bżonnijiet soċjali. Huwa semma li preżentement din l-iskema qed toffri saqaf lil aktar minn 1,000 familja.

Sidien li jikru l-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar ikunu qed jibbenefikaw minn:

  • Kirja garantita għall-10 snin li ġejjin;
  • Kirja bil-quddiem sa 6 xhur;
  • Eżenzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-kirja.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-lokalità ta' Raħal Ġdid, liema lokalità għanda iktar minn 30 proprjetà parti minn din l-iskema.

Il-Ministru Galdes saħaq li l-estensjoni ta' din l-iskema tmur id f'id mal-ikbar investiment li qed jsir fil-bini ta' akkomodazzjoni soċjali.  “L-għan tal-Gvern huwa wieħed ċar - irridu nkomplu nsaħħu n-numru ta' propjetajiet li għandu l-Gvern biex inkunu f'pożizzjoni li noffru saqaf diċenti u dinjituż lil dawk l-individwi u familji li huma l-aktar fil-bżonn."

Il-Ministru Galdes żied jgħid li din l-iskema hija parti minn kullana ta' inizjattivi li jkomplu joffru saqaf diċenti lill-familji. Fil-fatt, meta ikkumparat ma' snin preċedenti n-numru ta' persuni li qed jistennew akkomodazzjoni soċjali naqqas bin-nofs.

Il-Kap tat-Taqsima għall-Akkomodazzjoni Affordabbli Mariella Cutajar qalet li l-Awtorità tad-Djar hija determinata biex bi skema bħal din aktar familji li huma l-aktar fil-bżonn, b'ħidma mas-settur privat, jingħataw ambjent xieraq fejn jgħixu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Estiża l-iskema “Nikru Biex Nassistu”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow