Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa' mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija, Hakan Fidan

pr240181
Date Icon 06/02/2024

Illum waranofsinhar il-President ta' Malta George Vella ddiskuta diversi kwistjonijiet ta' importanza internazzjonali u reġjonali ma' Hakan Fidan, Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija, waqt laqgħa li saret fil-Palazz ta' Sant'Anton.

Id-diskussjonijiet dwar ir-reġjun tal-Mediterran iffukaw l-aktar fuq il-gwerra bejn Iżrael u l-Ħamas, is-sitwazzjoni fil-Libja, u r-rwol tat-Turkija fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari fil-Lvant tal-Mediterran. Il-Ministru Fidan ta lill-President Vella ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni mit-Turkija tal-istat tar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea u l-iżviluppi li jikkonċernaw is-soluzzjoni possibbli tal-kwistjoni ta' Ċipru.

Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq l-effetti mifruxa tal-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna u fakkarna r-rwol tat-Turkija biex ġie riżolt l-imblokk tal-qamħ fil-Baħar l-Iswed fl-2023.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg akkumpanja lill-President waqt din il-laqgħa u kkontribwixxa għad-diskussjoni.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa' mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija, Hakan Fidan
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jiltaqa' mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija, Hakan Fidan
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow