Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija Hakan Fidan jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg

pr240179
Date Icon 06/02/2024

Matul il-jum tat-Tlieta, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u ċ-Chairperson-in Office tal-OSCE Ian Borg laqa’ lil Hakan Fidan, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija, flimkien mad-delegazzjoni tiegħu ġewwa l-Belt Valletta sabiex jesploraw opportunitajiet ġodda kif jistgħu jiġu msaħħa r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ pajjiżi anke fid-dawl li matul din is-sena, Malta ser tkun qed tmexxi l-OSCE kif ukoll ser tkompli sservi bħala membru elett fuq il-Kunsill tas-Sigurtà.

Is-sitwazzjoni preokkupanti fil-Lvant Nofsani kienet fuq l-aġenda. Il-Ministru Ian Borg fakkar kif Malta kienet fuq quddiem fl-isforzi diplomatiċi fir-rigward tas-sitwazzjoni f’Gaża. “Malta, bħala membru elett fuq l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda mexxiet ’il quddiem b’suċċess l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2712 li stabbiliet pawżi umanitarji filwaqt li offriet il-parametri legali adekwati għar-rilaxx tal-ostaġġi. Malta tibqa’ ukoll dejjem kommessa li tkompli tagħmel dak kollu meħtieġ mal-imsieħba fir-reġjun, fosthom it-Turkija, biex tikkontribwixxi fl-isforzi sabiex tinstab soluzzjoni politika dejjiema għal dan il-kunflitt. Liema soluzzjoni, Malta tibqa’ issostni li tinstab biss fit-two state solution,” stqarr il-Ministru Ian Borg.

Id-diskussjonijiet dwar iċ-Chairpersonship Maltija tal-OSCE iffukaw fuq firxa wiesgħa ta’ materji li tkopri l-organizzazzjoni filwaqt li ġew indirizzati sfidi li għandha quddiema l-organizzazzjoni, primarjament l-invażjoni Russa fl-Ukrajna. 

“It-tisħiħ tar-reżiljenza u ż-żieda fis-sigurtà huma t-temi primarji li fuqhom Malta ser tkun qed tmexxi l-ħidma tagħha bħala Chairperson tal-OSCE”, qal il-Ministru Borg. 

Id-diskussjonijiet indirizzaw ukoll is-sitwazzjoni fir-reġjun tal-Mediterran, b’mod partikolari fil-Libja.

Il-Ministru Ian Borg irringrazzja lill-Ministru Hakan Fidan għaż-żjara tiegħu ġewwa pajjiżna u esprima fiduċja li d-diskussjonijiet tal-lum ser ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Hakan Fidan sostna kif fl-aħħar xhur Malta wriet bl-eżempju kif għandha timxi d-diplomazija, b’mod partikolari bir-reżoluzzjoni 2712 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda fir-rigward ta’ Gaża. Huwa qal li Malta ħaqqha kull tifħir. Tenna wkoll li t-Turkija għandha l-għan li tkompli tkabbar il-kummerċ b’saħħtu li ġa jeżisti ma’ pajjiżna, b’mod partikolari fejn tidħol il-konnettività bl-ajru.

Fuq l-aġenda ta’ din il-laqgħa kien hemm ukoll ir-relazzjoni mal-Unjoni Ewropea kif ukoll temi oħra fl-isfera tar-relazzjonijiet internazzjonali. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija Hakan Fidan jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija Hakan Fidan jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija Hakan Fidan jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tat-Turkija Hakan Fidan jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċett ġdid minn Savina Artisan Centre li jgħaqqad l-arti taċ-ċikkulata mal-esperjenza gastronomika Għawdxija

PR261933

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Auberge du Chocolat, kunċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

More Press Releases Right arrow