Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Dalia Kreivienė tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha, bħala l-Ambaxxatriċi tal-Litwanja għal Malta, lill-President George Vella

pr230563
Date Icon 20/04/2023

Dalia Kreivienė ppreżentat l-Ittri ta' Kredenzjali tagħha, bħala l-Ambaxxatriċi tal-Litwanja għal Malta lill-President George Vella aktar kmieni llum fil-Palazz tal-President, il-Belt.

Waqt it-taħditiet, il-President Vella qal li Malta u l-Litwanja għandhom relazzjonijiet sodi ħafna, anki fil-qafas tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Malta tinsab ħerqana li tkompli ssaħħaħ dawn ir-rabtiet sodi billi tesplora oqsma ġodda ta' kooperazzjoni bħall-kummerċ, it-teknoloġija u l-farmaċewtika. Esprima wkoll it-tama li nerġgħu lura għaċ-ċifri tat-turiżmu ta' qabel il-Covid, li kienu promettenti ħafna.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet reġjonali, iż-żewġ partijiet iddiskutew fit-tul is-sitwazzjoni tal-gwerra Russa fl-Ukrajna u l-effetti devastanti tagħha fuq il-popolazzjoni. L-Ambaxxatriċi tat ħarsa dettaljata lejn l-appoġġ li ngħata lill-Ukrajna mil-Litwanja, u żiedet li l-pajjiżi Baltiċi qegħdin iħossuhom esposti ħafna għall-instabbiltà li għadha qed toħloq l-invażjoni.

L-iżviluppi fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea kienu wkoll parti mit-taħditiet li matulhom il-President Vella u l-Ambaxxatriċi Kreivienė qablu li filwaqt li l-gwerra fl-Ukrajna teħtieġ attenzjoni kompleta, l-iżviluppi inkwetanti fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani ma jistgħux jiġu sottovalutati fis-salvagwardja tal-istabbiltà tal-Ewropa nnifisha.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Dalia Kreivienė tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha, bħala l-Ambaxxatriċi tal-Litwanja għal Malta, lill-President George Vella
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Dalia Kreivienė tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha, bħala l-Ambaxxatriċi tal-Litwanja għal Malta, lill-President George Vella
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Dalia Kreivienė tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha, bħala l-Ambaxxatriċi tal-Litwanja għal Malta, lill-President George Vella
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Dalia Kreivienė tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha, bħala l-Ambaxxatriċi tal-Litwanja għal Malta, lill-President George Vella
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Dalia Kreivienė tippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tagħha, bħala l-Ambaxxatriċi tal-Litwanja għal Malta, lill-President George Vella
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow