Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ippreżentata tifkira ta’ ringrazzjament għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew il-poplu Tork

PR230559
Date Icon 19/04/2023

F'attività organizzata fl-istazzjon tat-tifi tan-nar f'Kordin għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew il-poplu Tork wara t-terremot ta' Frar ta' din is-sena, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri stqarr mal-ħaddiema preżenti kemm huwa kburi b'dak li twettaq fit-Turkija mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

“Grazzi li kontu hemm għal ħaddieħor fil-bżonn daqs kemm tkunu lesti għal Maltin u l-Għawdxin  f'Malta ta' kuljum," saħaq il-Ministru Camilleri filwaqt li żied jgħid li l-ħidma li l-membri tal-Protezzjoni Ċivili Maltija wettqu ma' tant familji fil-bżonn ġabet l-ammirazzjoni ta' bosta.

Il-Ministru Camilleri sostna li minkejja li Malta huwa pajjiż żgħir, urejna il-progress kbir li sar fi l-Protezzjoni Ċivili li llum mhux biss għandha l-kapaċità li tkun tal-aqwa assistenza f'pajjiżna iżda wkoll barra minn xtutna. Dan kien imwieżen ukoll mal-fatt li l-poplu Malti u Għawdxi wieġeb b'tant saħħa għas-sejħiet li saru għall-għajnuna, fejn kienu bosta l-containers mimlijin bi provvisti li marru lejn it-Turkija u s-Sirja.

Waqt l-attività l-Ministru Byron Camilleri ppreżenta tifkira lil 38 uffiċjal tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma' kelb ta' salvataġġ bl-isem ta' 'Peppi' li marru jew kienu ta' assistenza kontinwa sabiex din l-għajnuna setgħet tingħata lill-poplu Tork.

Preżenti waqt din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll l-Aġent Direttur tal-Protezzjoni Ċivili Peter Paul Coleiro.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ippreżentata tifkira ta’ ringrazzjament għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew il-poplu Tork
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ippreżentata tifkira ta’ ringrazzjament għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew il-poplu Tork
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Ippreżentata tifkira ta’ ringrazzjament għall-membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew il-poplu Tork
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow