Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: L-edukaturi se jkunu parti importanti mit-tfassil tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni 2024-2030

pr230542
Date Icon 17/04/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tħabbar li beda t-tfassil u l-konsultazzjoni tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni 2024-2030. L-istrateġija se tkun imfassla bis-sehem sħiħ u dirett ta' dawk kollha li jiffurmaw parti mis-settur edukattiv, fosthom stakeholders kif ukoll ministeri oħrajn, fuq quddiem nett l-edukaturi.

“Mhux se nippreżentaw strateġija lesta quddiemkom, imma qed ngħidu li d-dokument se jibda jitfassal mill-qiegħ nett bis-sehem ta' dawk kollha li huma s-sisien tas-settur edukattiv. Għalina l-edukaturi u r-rappreżentanti tagħhom huma msieħba importanti li għandhom il-futur ta' wliedna għal qalbhom, u għalhekk se jkollhom sehem importanti fit-tfassil ta' din l-istrateġija", spjega l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Il-Ministru Grima enfasizza li dan is-settur huwa wieħed dinamiku u jipprogressa biex jirrifletti l-bżonnijiet emerġenti f'dinja li dejjem tinbidel. “Huwa għalhekk li rridu naħsbu għall-futur tat-tfal tagħna biex inkomplu noħolqulhom l-opportunitajiet kollha li jgħinuhom jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u fl-istess ħin naraw li nwassluhom għall-bżonnijiet emerġenti", kompla jgħid il-Ministru Grima. Huwa għamel enfasi fuq edukazzjoni li twassal biex l-istudenti jilħqu l-potenzjal massimu tagħhom. 

Il-Ministru kompla jenfasizza li l-gvern jemmen li l-edukaturi għandu jkollhom rwol akbar ta' policy-makers u għalhekk qed ikunu integrati aħjar fir-riċerka u fit-teħid tad-deċiżjonijiet. “Irridu nsaħħu d-djalogu mal-edukaturi minn oqsma differenti biex niddiskutu kwalunkwe bidla intiża biex ittejjeb is-sistema preżenti, kif wegħdna wkoll fil-manifest elettorali",  temm jgħid il-Ministru Grima.

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Matthew Vella spjega dwar x'mistenni li tkopri l-istrateġija l-ġdida. Huwa qal li din l-istrateġija se tkun imfassla b'diversi fatturi li se jinżammu fuq quddiem, fosthom li l-edukazzjoni tibda minn età bikrija, mit-twelid, u tkompli għaddejja tul il-ħajja. “Irridu naħsbu wkoll biex insaħħu dak kollu li kellna fl-istrateġija li tintemm din is-sena, imma nagħtu wkoll spazju aktar lill-benesseri ta' wliedna u nenfasizzaw aktar l-inklużjoni", qal is-Segretarju Permanenti. Huwa temm jgħid li din l-istrateġija se timxi wkoll id f'id mar-rekwiżiti tal-Unjoni Ewropea fil-qasam edukattiv.

Fit-tfassil tal-istrateġija l-ġdida se jkunu involuti wkoll il-ġenituri li se jingħataw l-opportunità biex iwasslu wkoll l-opinjonijiet tagħhom. Eventwalment id-dokument jitqiegħed ukoll għall-konsultazzjoni pubblika qabel ikun ippubblikat u implimentat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: L-edukaturi se jkunu parti importanti mit-tfassil tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni 2024-2030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: L-edukaturi se jkunu parti importanti mit-tfassil tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni 2024-2030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI INWETTQU FLIMKIEN: L-edukaturi se jkunu parti importanti mit-tfassil tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni 2024-2030
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow