Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-ewwel edizzjoni ta’ Springtime in Gozo – diversi avvenimenti li se jkomplu jattiraw aktar viżitaturi lejn Għawdex

pr230536
Date Icon 15/04/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-ewwel edizzjoni ta' Springtime in Gozo, programm ieħor ta' attivitajiet f'Għawdex għal żmien ir-rebbiegħa.

Il-Ministru Camilleri qal li b'itinerarju dettaljat ta' avvenimenti, il-Ministeru għal Għawdex, permezz tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali, se jerġa' jwassal programm li ser jilħaq l-aspettattivi ta' bosta. Huwa żied jgħid li, “Fir-rebbiegħa, Għawdex jerġa' jibda jieħu l-ħajja, fejn il-kampanja tkun fl-aqwa tagħha u l-ħidma fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex tkun qed tintensifika biex nippreparaw għall-istaġun importanti tas-sajf."

Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħejja bosta attivitajiet li jinkludu fost oħrajn l-opra klassika La Traviata, il-festival annwali tal-logħob tan-nar, il-festival tal-inbid organizzat fir-raħal ta' Sannat, u l-fiera tar-rebbiegħa li ta' kull sena tiġi organizzata fil-ġonna ta' Villa Rundle u li issa saret avveniment imfittex sew.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li għas-sitt ġimgħat li ġejjin, kemm ir-residenti ta' Għawdex kif ukoll dawk li jżuru l-gżira, ser ikollhom firxa wiesgħa ta' attivitajiet. Ikkonkluda billi ħeġġeġ lil kulħadd jattendi dawn l-attivitajiet filwaqt li fakkar li diġà qed jitħejja kalendarju kulturali impenjattiv għax-xhur tas-sajf.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-ewwel edizzjoni ta’ Springtime in Gozo – diversi avvenimenti li se jkomplu jattiraw aktar viżitaturi lejn Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow