Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Mosta

pr230529
Date Icon 14/04/2023

Nomini ta' Kandidati

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta' Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Mosta wara r-riżenja tal-Kunsillier Mikhail Micallef, sa nhar l-Erbgħa, 19 ta' April, 2023 f'nofsinhar.

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar minn nhar it-Tnejn, 17 ta' April sal-Erbgħa 19 ta' April, 2023, jew  online permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar it-Tnejn 17 ta' April fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar tal-Erbgħa, 19 ta' April, 2023.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90. 

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow