Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tliet żoni msebbħa f’Ħaż-Żabbar

PR230527
Date Icon 13/04/2023

Jitlestew tliet proġetti f'Ħaż-Żabbar li jintroduċu green pockets mingħajr ma jxekklu l-użu eżistenti ta' dawn l-ispazji

Ir-residenti ta' Ħaż-Żabbar jistgħu jgawdu minn tliet green pockets fi Triq is-Santwarju, Triq Biċċieni u Triq Santa Duminka. L-għan ta' dawn il-proġetti hu li joħloq ambjent aħdar fl-urban mingħajr ma jinħoloq xkiel fl-użu eżistenti ta' dawn l-ispazji.

Żaru dawn il-proġetti f'Ħaż-Żabbar il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv ta' WasteServ, Richard Bilocca, flimkien mas-Sindku ta' Ħaż-Żabbar Jorge Grech.

Fi Triq is-Santwarju ġie rranġat parkeġġ eżistenti, sar paviment ġdid u nħolqot żona fejn ir-residenti jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom f'ambjent iktar rilassanti. Ix-xogħol jikkonsisti f'feature walls bl-ilma, green walls, tħawwil ta' pjanti u siġar maturi u  bankijiet magħmula minn materjal riċiklabbli. Ġie integrat ukoll ġibjun eżistenti biex l-ilma jkun jista' jintuża għall-irrigazzjoni u ġew installati umbrelel li minbarra li joffru d-dell jiġbru anke l-ilma tax-xita f'tankijiet apposta.

Fil-proġetti l-oħra, żewġ parkeġġi fi Triq Biċċieni u Triq Santa Duminka ġew imsaqqfa biex setgħu jsiru green roofs u sar anke paviment ġdid. Għalkemm fuq skala pjuttost żgħira, l-introduzzjoni tal-green roof imħawwel bi speċi ta' pjanti differenti se jkun sors ta' bijodiversità speċjalment għal din iż-żona urbana. 

Fil-proġett ta' Triq Biċċieni, ġibjun tal-ilma storiku fl-istess żona tnaddaf u ġie integrat mill-ġdid fil-proġett filwaqt li fil-proġett ta' Triq Santa Duminka nbena ġibjun ġdid. Permezz ta' dawn il-proġetti, ir-residenti li joqogħdu fil-viċin se jgawdu min ambjent isbaħ u anke dell għall-karozzi tagħhom.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li dawn il-proġetti  huma eżempju ċar ta' kif nistgħu nsebbħu l-lokalitajiet tagħna b'mod prattiku fl-urban.

“Dan huwa proġett li qed juri kif jista' jsir xogħol ta' tisbiħ fl-urban, filwaqt li servizzi li jgawdu minnhom ir-residenti  jibqgħu aċċessibbli għal kulħadd," qalet il-Ministru Dalli.

Il-Kap Eżekuttiv Richard Bilocca spjega li dawn il-proġetti jħaddnu prinċipji ta' sostenibbiltà. “Rajna li f'dawn il-proġetti mhux biss nużaw materjali sostenibbli imma anke li nagħmlu użu mill-ilma tax-xita għall-irrigazzjoni filwaqt li rrispettajna l-użu eżistenti ta' din iż-żona kif ukoll bħala spazju li fih jgħaqqad il-komunità flimkien," qal is-Sur Bilocca.

Dawn it-tliet proġetti ġew iffinanzjati mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF).

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tliet żoni msebbħa f’Ħaż-Żabbar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tliet żoni msebbħa f’Ħaż-Żabbar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Inwettqu Flimkien: Tliet żoni msebbħa f’Ħaż-Żabbar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION Malta hosts the second INNEXA International Summit to foster new innovation partnerships

PR261937en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR Jittella’ t-tieni summit internazzjonali INNEXA biex jitrawmu sħubijiet ġodda fl-innovazzjoni

PR261937

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow