AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara li saru xi analiżi, il-prodotti hawn taħt imsemmija m'għandhomx jiġu kkonsumati minn persuni allerġiċi għas-sulfati (sulphites), peress li tali addittiv instab fil-prodotti msemmija mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Pitted Apricots |
| Dittà: | Simpler Cheaper |
| Data tad-durabbilità: | Best Before: 13/12/2023 |
| Data tal-ippakkjar: | 16/02/2023 |
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Golden Raisins |
| Dittà: | Country |
| Data tad-durabbilità: | Best Before End: December 2023 |
| Numru tal-lott: | 1121/026.21 |


Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938