Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Għaddej xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fil-Mosta

pr230511
Date Icon 11/04/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici żar ix-xogħol li għaddej fuq il-proġett tal-faċċata tal-Oratorju Qalb ta' Ġesu li tinsab fil-Mosta, li qed isir mid-Direttorat tar-Restawr. Ix-xogħol beda f'Awwissu tal-2022 u huwa ppjanat li jitlesta sal-aħħar ta' Mejju 2023.

Din il-kappella hija waħda mill-proġetti taħt l-iskema tal-Kunsilli Lokali, liema skema tkopri restawr ta' statwi, niċeċ, monumenti, kappelli u strutturi storiċi li jinsabu fid-diversi rħula u komunitajiet.

Il-Ministru Owen Bonnici sostna li “Dan il-Gvern impenjat li jkompli jwettaq inizjattivi li jħarsu l-preservazzjoni, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta' postijiet storiċi fil-lokalitajiet tagħna fuq bażi regolari. L-Oratorju Qalb ta' Ġesu fil-Mosta hu wieħed minn ħolqa ta' proġetti li se jkunu qed jitlestew biex inkomplu nħarsu l-lokalitajiet tagħna, grazzi għall-ħidma bla waqfien tad-Direttorat tar-Restawr."

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Mosta Chris Grech tenna li “Dan il-proġett ta' restawr huwa importanti għall-Mosta, għaliex l-Oratorju Qalb ta' Ġesù jkopri kultura reliġjuża, drammatika u sportiva għall-ġenerazzjonijiet sħaħ ta' żgħażagħ u adoloxxenti Mostin li għalihom l-Oratorju kien it-tieni dar tagħhom. Għaldaqstant, permezz ta' dan il-proġett se nkomplu napprezzaw il-patrimonju li ħallewlna ta' qabilna."

Il-Perit Audrey Anne Bonnici, li hija inkarigata mix-xogħlijiet, tat spjegazzjoni tax-xogħol li kien jinkludi tindif, tiswija u rikostruzzjoni tal-faċċata, u tindif u restawr fuq l-istatwi tal-faċċata, fost xogħolijiet oħra.

L-Oratorju Qalb ta' Ġesu nbena fuq id-disinn tal-Perit Nettu Mifsud Ellul, tlesta fl-1935 u ġie inawgurat fl-1940.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm membri tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u s-Segretarju Eżekuttiv tal-istess kunsill.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Għaddej xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fil-Mosta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Għaddej xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tal-Oratorju Qalb ta’ Ġesu fil-Mosta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow