STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: Aktar għarfien dwar it-tisħiħ tar-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri
Il-Kumitat Trobbija Pożittiva qed ikompli jifrex il-ħidma tiegħu fil-komunità biex isaħħaħ il-komunikazzjoni u r-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenituri tagħhom.
Fost l-inizjattivi li qed imexxu 'l quddiem hemm sensiela ta' laqgħat mal-ġenituri u t-tfal tagħhom, flimkien mal-Kummissarju għat-Tfal u l-kampanja 'besmartonline'. Dan sabiex iħeġġu lill-familji jikkomunikaw aktar b'mod effettiv u jagħrfu dawk li l-aktar huwa t'importanza bejn ir-relazzjoni tat-tfal u l-ġenituri. Fl-istess waqt jikber aktar l-għarfien biex tkun tista' tissaħħaħ l-politika nazzjonali tal-pajjiż dwar dan is-suġġett.
Dawn id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ntqal illi l-akbar tħassib tal-ġenituri huwa ż-żmien diffiċli tal-adoloxxenza, il-ħinijiet twal illi jqattgħu fuq il-mezzi soċjali u l-bżonn ta' aktar spazji li jistgħu jimirħu fihom, fost oħrajn.
Il-Kumitat qiegħed jaħdem ukoll ma' professjonisti tal-ġudikatura li jaħdmu mill-viċin ma' familji u t-tfal tagħhom. Fil-fatt, il-Kumitat organizza taħriġ speċjalizzat lill-membri tal-ġudikatura li jkollhom kuntatt dirett mat-tfal, speċjalment l-Avukati tat-tfal u Medjaturi. It-taħriġ qed jingħata b'kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Ġustizzja. Din hija wkoll wegħda elettorali oħra intiża biex issaħħaħ is-salvagwardji legali illi jilħqu l-interessi tat-tfal u taż-żewġ ġenituri, anke f'każijiet fejn iż-żewġ ġenituri ma jgħixux taħt l-istess saqaf.
Kunċetti oħra li qed imexxu 'l quddiem huma dak ta' shared parenting u ħidma biex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' parental alienation.
Other Press Releases:
PR261938en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...
PR261938