Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Inwettqu Flimkien: Ftehim ġdid biex tissaħħaħ il-komunità LGBTIQ+ f’Għawdex

pr230504
Date Icon 10/04/2023

Ġie ffirmat ftehim soċjali bejn is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza u l-għaqda LGBTI+ Gozo li se jwassal sabiex tissaħħaħ il-ħidma favur l-ugwaljanza fil-gżira Għawdxija. Permezz ta' dan il-ftehim, il-Gvern se jkun qed isostni l-pedamenti li bniet l-organizzazzjoni tul dawn l-aħħar tmien snin hekk kif hija l-unika għaqda mhux governattiva LGBTIQ+ ġewwa Għawdex. Sa mit-twaqqif tagħha, l-għaqda wettqet xogħol siewi ħafna biex tiżdied il-kuxjenza u l-għarfien dwar il-komunità LGBTIQ, għaldaqstant b'dan l-investiment il-Gvern qed jgħin biex jassigura li l-komunità LGBTIQ f'Għawdex tingħata s-servizzi meħtieġa. Preżenti għal dan il-ftehim kien hemm il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li wara l-progress li sar f'Għawdex tul l-aħħar snin fejn tidħol  il-komunità LGBTIQ+ fil-gżira Għawdxija, anki permezz tal-għaqda LGBTI+ Gozo li l-Gvern għen biex ikollha l-ewwel uffiċċju tagħha f'Għawdex, u ġiet organizzata wkoll l-ewwel pride march f'Għawdex, illum qed insaħħu din l-għajnuna permezz ta' ftehim fejn il-Gvern se jkun qed jgħin lil din l-għaqda anki permezz tal-ħaddiema biex dawn is-servizzi jibqgħu jiżdiedu fil-gżira Għawdxija. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg  għall-ħidma tagħha f'dan il-qasam u qal li jħares 'il quddiem għal din is-sena fejn se jkun hemm aktar avvenimenti importanti anki f'Għawdex.

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg qalet kif għal dan il-ftehim ġew allokati €30,000 għal sena sabiex l-għaqda tingaġġa community worker bil-għan li l-komunità LGBTIQ f'Għawdex ikollha punt ta' riferiment. “It-tisħiħ tal-ugwaljanza f'Għawdex huwa prinċipju li dan il-Gvern jemmen ħafna fih għaliex konxji wkoll li għad hemm sfidi li jridu jiġu indirizzati. Għalhekk il-viżibilità u l-ħolqien ta' komunità ġewwa Għawdex stess hija kruċjali sabiex nibnu soċjetà aktar inklussiva. Din l-għajnuna hija parti minn katina ta' inizjattivi li se joħolqu l-qofol tagħhom f'Settembru li ġej hekk kif Malta se tilqa' l-Europride," qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Catherine Camilleri, il-koordinatriċi ta' LGBTI+ Gozo, qalet, “Aħna grati għall-appoġġ u s-sostenn kontinwu tal-Gvern, li jippermettilna nagħmlu differenza fil-ħajja tal-persuni LGBTI+ f'Għawdex. B'dan il-ftehim, se nkunu nistgħu ninvestu aktar fil-komunità tagħna u b'hekk inkomplu bl-isforzi tagħna biex nippromwovu aktar l-ugwaljanza u l-inklużjoni."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Inwettqu Flimkien: Ftehim ġdid biex tissaħħaħ il-komunità LGBTIQ+ f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Inwettqu Flimkien: Ftehim ġdid biex tissaħħaħ il-komunità LGBTIQ+ f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow