Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Inawgurati żewġ rhibs u ħames vannijiet għall-Korp tal-Pulizija

pr230502
Date Icon 08/04/2023

B'investiment ta' madwar €1.3 miljun ġew inawgurati żewġ rhibs u ħames vannijiet għall-Korp tal-Pulizija, ko-finanzjati minn fondi Ewropej. L-għan ta' dan l-investiment huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Korp tal-Pulizija f'sorveljanza tal-fruntieri. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega kif l-investiment tal-lum qed ikompli jikkumplimenta l-investiment qawwi li sar fil-Korp tal-Pulizija fl-aħħar snin. Hu qal li fl-aħħar sena biss sar investiment fl-għodda u l-vetturi għal Korp tal-Pulizija li jlaħħaq it-€2.6 miljun. Fost dan l-investiment kien hemm vetturi u uniformijiet ġodda. “Fil-Korpi Dixxiplinati kollha ta' pajjiżna, inkluż fil-Korp tal-Pulizija qed naraw li nkomplu ninvestu bla preċedent. L-investiment fin-nies li sar permezz ta' ftehim kollettiv u bħalissa qed ninnegozjaw ieħor għaż-żmien li ġej. Apparti dan qed nagħmlu wkoll investiment fl-għodda li ta' kuljum jużaw il-membri tal-Korp tal-Pulizija bħala parti mix-xogħol tagħhom u dan tal-lum, kemm l-investiment f'dawn il-vetturi u anke ta' dak li għandu x'jaqsam fuq il-baħar, ikompli jikkonferma dan kollu, fejn kemm minn fondi nazzjonali u anke Ewropej qed nagħtu l-għodda kollha possibbli lill-Korp tal-Pulizija bħal kull korp ieħor," saħaq il-Ministru Camilleri. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li dan l-investiment huwa parti mill-proġett 'Malta Police Force's Specific Actions for Border Surveillance', fejn il-Korp tal-Pulizija ngħata €2.6 miljun mill-Fond imsemmi sabiex ikollu aktar tagħmir biex tkompli tissaħħaħ is-sorveljanza u s-sigurtà ta' pajjiżna.

Min-naħa tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà qal li b'dan l-investiment il-Korp tal-Pulizija qed ikompli jsaħħaħ il-flotta tiegħu u allura qed jagħmel il-ħajja tal-uffiċjali tal-Korp waħda aħjar. Spjega li b'dan l-investiment il-Korp tal-Pulizija qed isaħħaħ is-sorveljanza tiegħu fix-xtut ta' pajjiżna u allura jagħmel lil pajjiżna fost l-aktar pajjiżi siguri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Inawgurati żewġ rhibs u ħames vannijiet għall-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Inawgurati żewġ rhibs u ħames vannijiet għall-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Inawgurati żewġ rhibs u ħames vannijiet għall-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ: Inwettqu Flimkien: Inawgurati żewġ rhibs u ħames vannijiet għall-Korp tal-Pulizija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records one of the strongest improvements in gender equality in the EU

PR261938en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EQUALITY AND CIVIL RIGHTS Malta records o...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirreġistra wieħed mill-akbar avvanzi fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE

PR261938

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Malta tirre...

More Press Releases Right arrow